qed jigdeb . Othello jirrealizza l-iżball traġiku li kien wettaq u jagħmel suwiċidju waqt li kien mixħut fuq Desdemona . Iago kien ġie arrestat .
F ’ dan id-dramm nafu li Luiġi Monreal kellu l-parti tad-Doge di Venezia u Pawlu Mifsud ( in-Najmus ) kien il-paġġ tiegħu .
Fost xogħol ieħor kienu ħadmu dramm tal-Ġimgħa l-Kbira u nafu li Luiġi Monreal kien għamel il-parti ta ’ Kristu .
Kien ikun hemm ukoll fares . Farsa minnhom kien jisimha ‘ Il-Ħanut tal-Iskarpan ’ li jiftakarha Natu Dalli tas-Suj . Jiftakar ukoll lil Frenċ Busuttil ( ir-Rasputin ) jilbes ta ’ mara u ma kontx tagħrfu .
Farsa oħra kienet ‘ Manann ġibli t-Tapp ’. Pawlu n-Najmus kien irrakkonta li n-nies kienu ser imutu biddaħk . Aktarx li kien ħadem fiha Indrin Zammit ta ’ Żeppu .
Leonardu Abdilla ( Ritratt : Familja Abdilla )
Il-Brigant Calabris
Dramm ta ’ tliet atti li kien inkarigat minnu Leonardu Abdilla ( ta ’ Karmnu ta ’ Pupul ) u kien ġie rreċtat fil-Każin ta ’ San Pawl fl-aħħar tas-snin erbgħajn u bidu tas-snin
Bertu Abdilla ( Ritratt : Mary Cutajar ) ħamsin . L-attur prinċipali kien Raffaele interpretat minn Bertu
Abdilla tal-Wiżna . Kien persunaġġ importanti u kien sta bene . Kien iżżewweġ lil Mananni oħt il-Konti Giuseppe Rosignoli . Kellhom tifla jisimha Bella li għamel il-parti tagħha Pawlu Mifsud ( in-Najmus ).
Ix-xena teħodna fuq il-muntanji fejn Raffaele kien ħarab bit-tifla Bella meta kien għad kellha xi sena . Issa kien ġie magħruf bħala l-Brigant Calabris , il-Kap talbrigantaġġ u allura kien imdawwar bi grupp briganti fosthom Żużu Zammit ( ta ’ Marċjal ) u Peppi Busuttil ( tal- Kanannu ).
Għadda ż-żmien , Bella tfarfret u riedet tkun taf min hi ommha . Missierha kien dejjem jittratjeni u jgħidilha “ le mhux illum għax inti , tista ’ ssir tobgħodni .’’ Darba minnhom ġennitu ’ l missierha biex jaqtgħalha l-kurżità . “ Ismagħni mela Bella . Hawn quddiemek qiegħda tara l-assassin ta ’ ommok . Ommok mietet assassinata u jien hu l-assassin tagħha !’’.
“ Santa Maria , x ’ qed nisma ’!’’ għajtet Bella mbikkma u fl-istess ħin tagħti b ’ idejha fuq wiċċha .
Kien ġara li Raffaele kien beda jissuspetta li l-mara kienet qed tittradih . “ Lejla waħda , meta kont qed naħseb ħażin f ’ ommok , għamiltilha l-għassa . Wara biebi nara riesaq raġel bil-kappel imgħaddas f ’ rasu , ħabbat u hi fetħitlu . Jien dak il-ħin ksaħt bħas-silġ u ma stajtx niċċaqlaq minn dak il-lok . Imbagħad , f ’ daqqa waħda , ftaħt u dħalt u rajthom it-tnejn flimkien . Bħal tigra feroċi fid-dlam mort fuqhom , xejjirt l-istalett u nolqot lil marti li waqgħet nofsha mejta mal-art ! Dort infittex lilu , imma l-infami kien ġa qabeż mit-tieqa u sparixxa ’’.
“ Mixħuta f ’ agonija , ommok staqsietni min naħseb li kien dak ir-raġel ? Dak kien ħija , il-Konti Giuseppe Rosignoli li ġie jitlobni somma flus għax ried isiefer lejn l-Amerika ’’. Raffaele tgħidx kemm irrabja u ma setax jaċċetta s-sitwazzjoni .
“ Dak il-ħin nisma ’ lilek , li kellek sew sew sena u bdejt tgħajjat ’ l ommok ‘ mamma , mammaaa ’. Fiddagħdiegħa , jien kont diġà qbadt l-istallet biex ninqatel . Imma hawn inti kont is-salvazzjoni tiegħi għax qbadt lilek u ħrabt lejn dawn il-muntanji .’’
“ Hekk hi binti l-istorja t ’ ommok . Għalhekk intfajt qalb dawk il-muntanji , biex naħrab il-ġustizzja ’’. “ Hekk hi binti l-istorja . Issa se nagħmel minn kollox biex ilpassat jintesa ’’.
Darba fost oħrajn , brigant ( Peppi Busuttil tal- Kanannu ) kien mar quddiem il-Kap u għarrfu bil-priża li kienu qabdu . Għasfur minnhom kbir b ’ rixu sabiħ minn dawk li jgħidulhom milord u l-ieħor qisu tal-bejt jew pappamosk , xi seftur . Il-Kap kien ordna li jżommhom priġunieri u kien talab somma ta ’ elf lira wara li sar jaf li l-għasfur sabiħ kien Konti sinjur . Bella ukoll kienet qed tgħix ħajja ta ’ priġuniera f ’ dar missierha għax kien jibża ’ li jisirquhielu . Darba qabżet mit-tieqa tagħha u sabet ruħha fejn kienu qed jinżammu dawn it-tnejn minn nies . Inħasdet , però qalet f ’ qalbha “… kemm hu raġel pulit ”. Il-Konti ( Ludovico Abdilla ) staqsieha isimha , “ Bella ” weġbitu u dlonk għoxa fuqha b ’ dak l-isem u l-għajnejn sbieħ li kellha . Bil-moħbi ta ’ missierha , Bella u l-Konti
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
121