2022 | Page 119

FESTA 2022
fuq il-bieb prinċipali tad-Domus Curialis .
Clement kien iżżewweġ lil Pawla Farrugia ( tal-Barbaxan ) u kellhom lil Carmen , Ġuża , Leli u Maria .
Cutajar Ġużeppi ( is-Sossy tan-Nekus ). Kien beda jitħarreġ fil-mużika madwar l-1942 fl-età ta ’ ħdax-il sena . Kien tgħallem mal- Banda tal-Għaqda Karmelitana taż- Żurrieq u kien idoqq il-klarinett . Kienet esperjenza sabiħa tkun parti mill-Banda tal-Queen Victoria li
Clement Cutajar ( Ritratt : Carmen Frendo Cumbo )
kienet tieħdu kull fejn kienet tesegwixxi programmi talfesti bħal f ’ Ħal Safi , il-Qrendi , l-Imqabba u Ħal Luqa kif ukoll naturalment iż-Żurrieq . Bejn taħriġ u bejn idoqq mal-Għaqda , Joe kien dam sitt snin fil-ħajja mużikali . Kien sar iż-żmien li joħroġ mix-xena mużikali għax Joe kellu ħajja u karriera twila quddiemu li ftit li xejn ġabitu aktar lejn Ħal Safi .
qabel marret għand il-Mulej , Katie kienet irrakkontatli li meta daħlet l-ewwel darba għand il-familja tal-għarus , dan Karmenu sparixxa . Kienu joqogħdu ġo dar antika bil-bitħa fin-nofs , l-art biċ-ċangatura u kwantità ta ’ pjanti mad-dawra jħaddru u mżewqa b ’ diversi kuluri tal-fjuri . Wara ftit tal-ħin ratu nieżel mat-taraġ tal-ġebel minn ġo l-għorfa dritt għal ġol-bitħa bl-akkordjan f ’ idejh , idoqq u jpaxxiha bil-mużika fil-bitħa fejn kienet hi . Veru li Karmenu kien kwiet imma kien romantiku ! Lura għal Karmenu bħala mużiċista , apparti l-akkordjan u l-althorn huwa kien beda jistudja l-pjanu . Dun Tony Pace jiftakar li lejn l-aħħar ta ’ ħajtu , meta kien ġa marid , beda jistudja l-pjanu . Kien mar għandu u tah diversi innijiet tal-knisja biex jipprattika fuqhom . Bilfors li l-mużika kienet ġo qalbu biex sal-aħħar stadju ta ’ ħajtu baqa ’ jipprattika l-mużika . U forsi anke biex hekk kif kien laqa ’ lillgħarusa bil-mużika , issellem lil martu bil-mużika qabel jinfirdu .
Falzon Nardu ( ta ’ San Mattew ). Kien iżżewweġ lil Pawla Busuttil ta ’ Faċeċ u kienu rranġaw id-dar talġenituri tiegħu fi Sqaq 1 , Triq Santa Marija ( illum Triq il-Kenn ) biex jgħixu fiha . Kellhom familja numeruża . Nardu kien jaħdem fil-ġebel u kien naġġar tajjeb . Pawla wkoll kienet tirsisti biex tgħin ’ il-familja billi tiġri ’ l hemm u ’ l hawn f ’ xi rħula , tbiegħ prodotti agrikoli u xi fenek jew tiġieġa .
Ġużeppi Cutajar ( Ritratt : Tessie Cutajar )
Minn ħajjat prim , għal xogħol fit-Tarzna u wara fl-Armata ta ’ Malta fejn kien spiċċa bħala Sergeant b ’ ċertifikat sabiħ . Sadanittant kien għamel familja meta żżewweġ lil Annie u kellhom lil Carmen , Marion u Raymond .
Cutajar Karmnu ( it-Toby tan-Nekus ). Minn età żgħira kien beda jitgħallem idoqq strumenti mużikali kemm mal-Banda Queen Victoria kif ukoll għand Nani , il-Belt . Skont ħuh Joe ( Sossy ), Karmenu kien ukoll idoqq l-althorn . Mhux biss imma għand Ferdinandu ( Dandu ) Falzon taż- Żurrieq , Karmnu kien studja l-akkordjan . Dandu kien ta ’ ċertu portata . Kien organista , Maestro di Kappella u kien isewwi strumenti tar-ram . Kien studja ma ’ Karmenu
Althorn
Zammit li kien surmast tal-Banda Queen Victoria . It-Toby kien iżżewweġ lil Katerina Farrugia miż-
Żurrieq fl-1959 . Kien ta ’ karattru riżervat . Però , mhux wisq

FESTA 2022

Piju Zammit jidher ikanta f ’ nofs il-palk ( Ritratt : Facebook )
Nardu kien ukoll mużiċist , idoqq il-klarinett mal- Banda Queen Victoria . Kien ukoll idoqq l-orgni .
Kont issibu anke jaħdem in-nar għall-festa ta ’ San Pawl . Waslet is-sena 1959 u Nardu bil-familja kollha emigra lejn l-Awstralja .
Zammit Piju ( ta ’ Manna taċ-Ċali ) Kantant li kien għamel isem għalih mhux Ħal Safi biss iżda anke ma ’ Malta kollha . Studja taħt is-Surmast Paolino Nani . B ’ vuċi ta ’ baxx Piju Zammit ( 1923-1992 ) kien sar kantant rinomat u magħruf sewwa għall-vuċi tiegħu . Kien fost l-aqwa ta ’ Malta għax ħadd ma kien jinżel b ’ nota filbaxx bħalu . Naturalment kien ikanta f ’ diversi ċerimonji fil-knejjes u mal-baned waqt festi . Kien jieħu sehem f ’ kunċerti u opri fit-Teatru Nazzjonali . Kien qala ’ tifħir meta kanta fit-Teatru Manoel fiż-żewġ opri ta ’ Carmelo Pace , Catarina Desguanez u I-Martiri fejn interpreta
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
119