2022 | Page 103

FESTA 2022
Dejjem b ’ xi għasfur ġo gaġġa f ’ idejh li kien idendilha mal-ħajt fuq is-sodda . Kien żmien meta fil-familji , l-ikla tas-Sibt filgħaxija aktarx kienet tkun xi felli mazzita , patata u bajda moqlijin . Ta ’ tifel żgħir Ġammarì kien iħobb ħafna l-mazzit . Allura kien jitlobhom biex jagħtuh felli pasika oħra , minflok felli mazzita . Naturalment , talfamilja kienu jidħku għax tinstema ’ tad-daħk u baqgħu jgħajtulu Pasika , mhux ġo darhom biss imma anke barra . Każ ta ’ meta tal-familja stess ilaqqmuk .
Sossy : Ġużeppi Cutajar
Issa ilu snin twal , twal nieqes mir-Raħal ta ’ Ħal Safi . Però meta ssemmi s-Sossy ma ’ nies avvanzati ftit fl-età , mal-ewwel għidulek ‘ tan-Nekus ’. Dan il-laqam tal-aħħar huwa l-laqam ta ’ Żaren missier Ġużeppi . Ommu kienet Rożina mwielda Tonna miż-Żurrieq . Il-familja ta ’ Żaren u Rożina kienet toqgħod fi Triq San Tumas .
Mort niltaqa ’ ma ’ Joe ( kif kulħadd isejjaħlu llum ) l-Imsida . Sibtu fil-ħanut tiegħu fejn kuljum jagħmel ftit sigħat medhi fid-delizzju tiegħu ta ’ tapezzerija . Minkejja l-età tiegħu , Alla jbierku , Joe għandu moħħu luċidu u kellu ħafna x ’ jirrakkontali .
Bħala tifel kien għamel sitt snin jistudja l-mużika u jdoqq mal-Banda Queen Victoria . L-ewwel xogħol tiegħu , wara li kien tħarreġ ma ’ zijuh Kola Falzon , kien tgħallem is-sengħa ta ’ ħajjat ma ’ ditta rinomata Reno ’ s Tailor il-Belt . Hemmhekk kienu jafdawlu l-aktar klijenti mportanti . Dak li kien ifassal kien jgħidlu “ ta ’ Ħal Safi , għandek għadma ”. Joe kellu klijenti bħall-Prim Ministru George Borg Olivier u Mħallfin bħal Flores .
Wara kien sab ix-xogħol fid-dockyard fi żmien meta l-kumpanija kienet f ’ idejn Bailey . Minn hemm kien ingaġġa fl-Armata ta ’ Malta fejn ħadem għal xi 40 sena . Kien inkarigat mill-ħjata tal-uniformijiet tal-fizzjali . Kien irtira bħala Surġent b ’ ċertifikat ta ’ A1 trade . Joe kien iżżewweġ lil Annie Attard u kellhom tlett itfal ; Carmen , Marion u Raymond .
Meta staqsejtu l-laqam Sossy kif u minn fejn ġej , weġibni li kien għadu żgħir ħafna meta l-familja minnaħa t ’ ommu ( ta ’ Buqxa ) kienu jsejħulu hekk u baqgħetlu ta ’ Sossy .
Ġużeppi Cutajar ( Ritratt :
Tessie Cutajar )

FESTA 2022

Leli D ’ Amato jidher fuq il-lemin . ( Ritratt : Cetta D ’ Amato )
Wrens : Leli D ’ Amato
Ta ’ ġuvnotti żgħar li kienu , Leli u Karmenu Busuttil il-Kanny kienu ħbieb sew . Joħorġu flimkien bir-roti jew bil-matchless , il-mutur ta ’ Kanny . Kienu jħobbu jerħulha lejn il-kwartieri tar-Wrens ( Women ’ s Royal Naval Service ) li , fost postijiet oħrajn , kienu stazzjonati f ’ Kalafrana u f ’ Ħal Far .
L-akbar kwartieri kienu l-Whitehall Mansions Ta ’ Xbiex fejn ġieli kien ikun hemm mal-mitejn mara jgħixu hemm . F ’ dawn il-postijiet kien ikun hemm ħafna nisa u tfajliet Ingliżi sbieħ . Kienu jagħmlu ħafna xogħol anċillari u ta ’ responsabbiltà għall-uffiċjali Ingliżi . Fuq xogħolhom kellhom ħafna dixxiplina .
Uħud minn dawn in-nisa kienu ġew lura Malta wara ħafna snin . Kienu rrakkuntaw li dak iż-żmien , kien hemm sitt irġiel għal kull mara . L-irġiel ta ’ spiss kienu joqogħdu jittrumbjawlhom bit-trombi ! Fil-Whitehall Mansions kien ikun hemm tieġ kważi kull nhar ta ’ Sibt .
Lura għal Karmenu u Leli . Peress li Leli kien laqqam lil Karmenu , il-Woods , biex ipattihielu lil Leli , Karmenu qalagħhielu r-Wrens !
Ix-Xiħa jew l-Avukat : Ġorġ Cachia
Is-Salib ta ’ ħdejn Santa Maria kien is-salott tar-raħal . Qiegħed post ċentrali , ħdejn il-knisja , viċin il-Każin ta ’ San Pawl u żmien ilu kien hemm ukoll żewġ ħwienet tax-xorb ( dak iż-żmien konna ngħidulhom tal-irġiel ) u ieħor tal-merċa . Hemmhekk , ta ’ kuljum , speċjalment fissajf , kienu jiltaqgħu ħafna rġiel tar-raħal , kemm il-kbar u kemm il-ġuvnotti .
Ġorġ kien it-tifel ta ’ Karlu , familja ta ’ bennejja tassengħa . Ġorg kien ħa dik is-sengħa wkoll . Fil-fatt kien bena żewġt idjar fi Triq iż-Żurrieq , dik ta ’ Ġużepp Cutajar il-Maxku , u Dar Cettina fejn illum joqgħod Dr Gauci . Biex jgħinu kellu lil Karmenu Monreal il-Willy .
Minn ta ’ età żgħira , Ġorġ kellu lsienu tajjeb u jaf jagħti tweġiba . Kellu ċertu ntellett . Aħna l-Maltin inħobbu ngħidu , ‘ dak jilħaqlu , jitkellem qisu xiħ ’. U b ’ hekk kienu qalgħuhielu x-Xiħa . Ġorġ kien baqa ’ ġuvni u kienet tieħu ħsiebu n-neputija Ġola li kienet toqgħod fi Triq San Ġorġ . Kien fih karattru . Li jgħid hu tajjeb biss u jibqa ’ jmeri mingħajr ma jaqta ’ qalbu . Iż-żgħażagħ kienu
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
103