jfittxuh għax kienu jidħku miegħu u jgħaddu siegħa żmien . Allura min kien ikun imdawwar miegħu , kien jinbxu , u jippruvaw jirranġawlu ma ’ xebba , Agnes mill- Ħamrun .
Dak iż-żmien ma kienx hawn is-servizz tat-telefown fid-djar . Jekk xi ħadd ried ikellmek , kien iċempel l-Għassa tal-pulizija , il-pulizija jiġi d-dar isibek u tmur minnufih l-Għassa biex tkellem lil min ċempillek . Mhux l-ewwel darba li Ġorġ kien ikun il-Blue Star Bar , imur xi ġuvnott jiġri biex jgħidlu li hemm xi ħadd ċempillu l-Għassa . “ Iġri , Ġorġ , għax forsi ċemplet Agnes ,” kienu jgħidulu . Però ċajta kien jaf jeħodha . Kien jimpressjonahom bittweġibiet li kien jaf jagħti u kien x ’ aktarx Karmnu t-Tank li spiċċa qalagħhielu ‘ l-Avukat ’.
Lucy , kienet tieħu ħsieb tpoġġi l-prodotti fil-vażetti u twaħħlilhom it-tikketti li kienu jbigħu mid-dar .
Taż-Żunżana / Żunżuna : Karmenu Zammit Iż-żunżana ddur , iddur , fuq il-bejt tal-kaċċatur . Meta tasal taħt il-mina , tagħmel – Żin , Żan , Żu !
Nies imnisslin mir-razza numeruża ta ’ Tona / ta ’ Tuna ( bl-aċċent ta ’ Ħal Safi ). F ’ din il-fergħa kien hemm Franġisk Zammit li kien irabbi l-baqar u li kien iżżewweġ lil Peppina ta ’ Ċniepu . Wieħed mill-aħwa ta ’ Franġisk , Ġużeppi , kien iffissat fit-trobbija tan-naħal . Kien mgħammar sew f ’ dan il-mistier u kien jaħdem mir-razzett u l-għelieqi li kellu Ta ’ Ġawhar . It-tfal ta ’ Franġisk kienu jsibuh bħala l-Barba Peppu . Milli jidher , Mikiel , wieħed min-neputijiet , kien fehem l-importanza tat-trobbija tan-naħal . Tant hu hekk li minn ta ’ età żgħira , jekk kien jara xi naħla jew żunżana ma kienx joqtolha imma jerfagħha ġo kaxxa tas-sulfarini biex isalvaha .
Maż-żmien il-Barba Peppu beda jħarreġ lil Mikiel fit-trobbija tan-naħal . Mikiel kien qabad sewwa dan ixxogħol u kien sar espert . Oħrajn li kienu jrabbu n-naħal f ’ Ħal Safi , bħal Wiġi taż-Żann , Anġlu Vella l-Ġebeq , u Ċikku ta ’ Manwel kienu jfittxu l-għajnuna ta ’ Mikiel biex jiġbru l-ferħ u jiġbru l-għasel . Apparti l-għasel , Mikiel kien ukoll jipproduċi prodotti magħmulin millgħasel bħal xama ’ biex tintuża għax-xemgħat tal-knejjes u biex jillustraw l-irħam u l-mużajk . Il-mara ta ’ Mikiel ,
Karmenu Zammit ( Rittrat : Jinny Cachia )
104
Illum , din is-sengħa għaddiet għand Karmenu , wieħed mit-tfal ta ’ Mikiel u Lucy . Għadu jaħdem mill-istess lokalità fejn kien jaħdem il-Barba Peppu u fejn twieled il-laqam Taż-Żunżana ! Karmenu introduċa prodotti oħra bħall-krema tal-idejn , il-krema għall-uġigħ fl-għadam u l-Propolis għall-infjamazzjoni tal-griżmejn .
Iż-żunżan u n-naħal ġejjin mill-istess familja . Għandhom il-fattizzi u l-għamla simili ħafna . Min mhux midħla ta ’ dawn iż-żewġ insetti , jew qatt ma kellu interess isir jaf aktar dwarhom , jgħidlek , ‘ U iva , mhux qishom l-istess .’ Iż-żunżan ma jagħmilx għasel . Il-perċezzjoni hi li ż-żunżan huwa aktar perikoluż .
Peress li din il-familja Zammit għal diversi żminijiet u ġenerazzjonijiet rabbiet in-naħal , kien hemm nies li possibbilment lit-tfal kienu jwissuhom biex ma jersqux fejn ikun hemm xi ferħ għax iniggżuhom . Għat-tfal , mhux il-ferħ imma ż-żunżana hija assoċjata mat-tingiż . Allura kienu jirreferu għall-familja li tagħmel l-għasel bħala dawk ‘ Taż-Żunżana ’.
Iz-Zakna : Mikiel Cachia
Mikiel kien minn ta ’ Tonin . Kien jiġi ħu Karmnu l-Feles , Pawlu Ċekċek , Bertu ta ’ Tonin , Ġużepp ta ’ Tonin u Fra Elija . Ta ’ sitt snin kien diġà tilef lillġenituri . Għex fil-faqar . Konsa ta ’ Kunċett ( il-kuġina tiegħu ) kienet issewwilu l-ħwejjeġ . Meta kiber kien iżżewweġ lil Salvina Polidano ( ta ’ Ċaqitu )
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar
( Ritratt : Karmena Magro née Cachia )
miż-Żurrieq . Kellhom żewġt itfal , Pina u Karmena .
Mikiel kellu karattru ferrieħi u jħobb jiċċajta . Tgħallem idoqq diversi strumenti u kien magħruf kemm kien idoqq tajjeb il-kitarra .
Lura għal tfulitu , ta ’ tfajjel żgħir kien jaqla ’ xi sold u bih jixtri xi luminata . Bil-flixkun f ’ idu , kien jixrob xi belgħa u jibda jitbandal ’ l hemm u ’ l hawn . Kien qed jagħmilha ta ’ kbir , għal taparsi qed jixrob l-inbid u siker . “ Xgħandek , Mikiel ?” kienu jistaqsuh in-nies . Hu kien