jiftakar il-muturi ta ’ Karmnu Zammit ta ’ Marċjal , ta ’ Kalanġ Zammit tal-Barri , ta ’ Ġużeppi Mifsud ta ’ Qnieċel ( tal-Mużew ) u ta ’ Pawlu Cutajar il-Pajsa fost oħrajn . Lil Daniel dawn il muturi kienu jsaħħruh u minn età żgħira kien dejjem jilgħab ta ’ sewwieq tal-muturi . Flimkien ma ’ subien oħra tamparu , kien itellaq fit-toroq tar-raħal . Flimmaġinazzjoni tiegħu kien dejjem taparsi qiegħed isuq xi mutur u bil-mossi ta ’ jdejh idawwar it-tmun ’ l hemm u ’ l hawn u jgħajjat , ‘ diqq , diqq ! didiqqq !’ ħalli n-nies iwarrbulu min-nofs biex jgħaddi għax ġej b ’ saħħtu ! Kultant , xi tfal kienu jaqgħu u jaħbtu ma ’ xulxin . Allura Daniel jirrabja u jiġġieldu għax tellfuh it-tiġrija . Diqq Diqq kienet dejjem fi lsienu u b ’ hekk ħbiebu qalgħuhielu d-Diqq Diqq . Kien għad għandu sittax-il sena meta akkwista l-ewwel mutur tiegħu BSA500 li kien ħallas għalih 38 lira Maltin . L-Ingliżi kienu jirkantaw il-muturi tas-servizz li kienu jintużaw mis-suldati u l-pulizija tattraffiku . Daniel , Alla jbierku , minkejja l-età , għadu sallum jirkeb il-mutur . L-avventura u l-ġiri għadhom sallum jeċitawh . U minn kull fejn jgħaddi storbju waħdu , jgħajjat Diqq Diqq .
Gerita kien minn Ħaż-Żabbar , kunjomu Carabott . Firraħal ma kienx jeżisti l-kunjom Carabott . Allura l-Ħal Safin , lill-mara malajr bdew isibuha bħala Karabotta jew Karabutta .
Il-Kops : Ġużepp Zammit ta ’ Tona .
Ġużepp kien iżżewweġ lil Gerita minn Ħaż-Żabbar u kellhom tlett ibniet - Kelina ( illum Vitalina Zammit , Rev . Madre Generale , Suore Franciscane del Cuore di Gesù f ’ Ruma ), Pawla , miżżewġa , u Katerina ( illum Suora Giuseppina Zammit FCJ , fiċ-Centro di Spiritualità Nostra Signora del Cuore di Gesù f ’ Ruma ). Kienu joqogħdu fi Triq San Pawl , kantuniera ma ’ Triq San Franġisk ( qabel magħruf bħala Sqaq Żaħruna ), ġo dar kbira u antika li fil-kantuniera fuq il-bejt għandha statwa tal-ġebel ta ’ San Pawl .
Dan Ġużepp , meta kien ikun qed jitkellem u jirraġuna , kellu vizzju li għal kull ħaġa ta ’ xejn , kien ilissen ta ’ spiss il-kelma l-kops … ‘ ħaqq il-kops ’ ‘ x ’ il-kops trid ?’ ‘ fejn il-kops ħallejtu ?’ Il-Kops tielgħa u l-kops nieżla u baqgħetlu tal-Kops !
Il-Ferħ : Pawlu Dalli
Pawlu jiġi wieħed mit-tfal ta ’ Anġlu s-Suj u Wistina ta ’ Bendu . Oħtu tirrakkonta li missierhom kien regolarment jieħu s-subien miegħu l-knisja . Darba , meta wasal il-pjazza , Anġlu , li kellu miegħu lil Natu , Klement , u Pawlu , iltaqa ’ ma ’ ħabib tiegħu Ġanni t-Tatoj . Dan Ġanni qallu “ Alla jbierek , wiċċ isbaħ mill-ieħor !” B ’ sebgħu ppuntat lejn Pawlu , qabeż Anġlu u qallu , “ Dan il-Ferħ ” - għaliex Pawlu kien l-iżgħar fosthom . L-aħwa subien kellhom ħabta jaqilgħu l-laqmijiet lil xulxin . Allura , hekk kif semgħu hekk , li Pawlu kien il-ferħ , baqgħu jgħajtulu l-Ferħ . Ħutu jgħidu li Pawlu kien tifel dejjem ferrieħi , jaqbeż u kuntent . Allura f ’ dan il-kuntest , kien ferħ għax kien l-iżgħar fost Natu u Klement u kien ferrieħi bħala karattru . Meta kiber , Pawlu kien iżżewweġ lil Sapienza Zammit u kellhom erbat itfal - Martin , Lina , Rita u Angelo .
Karabotta / Karabutta :
Gerita , flimkien mal-familja , kienet toqgħod Birżebbuġa . Ġew Ħal Safi bħala refuġjati fi żmien it-Tieni Gwerra . Kienu qagħdu ġo xi żewġ kmamar li kellhom bieb żgħir għal barra , fil-Misraħ ta ’ San Ġużepp , fejn illum hemm iċ-Ċentru . Gerita kellha tlett itfal – Tessie , Peter , u Ċikku . It-tifla kienet sabiħa ħafna u nnamrat xi ftit ma ’ xi ġuvni mir-raħal . Żmien wara , kienet iżżewġet iż-Żurrieq . L-istess , wieħed mis-subien kien iżżewweġ iż-Zurrieq . It-tifel l-ieħor aktarx iżżewweġ għand ta ’ Menġissa u marru joqogħdu Birżebbuġa . Ir-raġel ta ’
102
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar
Nammi : Karmni Dalli
Karmni kienet minn ta ’ Saver . Kellha ħutha Anġlu ( iċ-Ċomni ), Gejtan , u Kalċa . Kienu jgħixu ġo waħda mid-djar antiki li għad hemm sal-lum u miżmuma tajjeb ħafna fi Sqaq 1 , Triq Santa Marija . Kulħadd kien jafha bħala Nammi u hekk kienu jsejħulha , inkluż tal-familja . Dan il-laqam seħħ , bħal bosta oħrajn meta l-ġenituri jippruvaw jgħallmu lit-tfal isimhom stess . Ta ’ ċkejknin ma jippronunzjawhx tajjeb jew ilissnu ittra flok oħra . U hekk ġara f ’ dan il-każ . It-tifla minflok Karmni kienet tgħid Nammi . Tal-familja ggustawha u huma stess bdew isejħulha hekk .
Pasika : Ġammarì Busuttil Ġammarì kien it-tifel ta ’ Pawlu ( ħu Bittu ) u Peppa mill-familji ta ’ Pisuwa u ta ’ Faċeċ . Ħutu kienu ; Karmni , Toni , Anġela , Katerin , Pawla , Peppi , Marie Pejsi u Leli . Ħadem mal-Air Ministry . Kien ġuvni u għex 73 sena . Apparti l-kelb , kellu d-delizzju talgamiem u talgħasafar .
Ġammarì Busuttil fuq il-lemin bil-gaġġa f ’ idu . ( Ritratt : Pawla Camilleri )