2022 | Page 101

( il-ħames parti )
FESTA 2022

Laqmijiet f ’ Ħal Safi u kif oriġinaw

( il-ħames parti )

Jinny Cachia
Il-laqmijiet issibhom f ’ kull belt u raħal f ’ Malta , imma speċjalment fl-irħula . Il-maġġoranza kienu jkunu l-irġiel li kien ikollhom laqam . U mhumiex ħaġa talpassat qadim . Għadek tisma ’ nies jirreferu jew jgħajtu lil dak li jkun bil-laqam . Għadek tisma ’ sal-lum b ’ laqmijiet ġodda ta ’ nies ħafna żgħar fl-età .
Il-laqam qatt ma jivvintah jew jagħżlu dak li jkun . M ’ għandekx għażla . Imma jivvintahulek jew jagħżilhulek ħaddieħor . U fil-maġġoranza jibqa ’ miegħek għomrok kollu . Imbagħad hemm min jiret il-laqam tal-familja u oħrajn jagħtuhom laqam ġdid .
Fir-raħal ta ’ Ħal Safi kien ikun hawn numru ta ’ Ġannijiet Zammit , Pawlijiet Busuttil , Ġużeppijiet Abdilla u oħrajn . Biex tirċievi l-posta , ma kinetx obbligatorja li jkollok numru mal-bieb ta ’ barra u xi wħud kienu joqogħdu fil-periferiji tal-belt jew raħal f ’ xi razzett . Filpassat , bejn wieħed u ieħor sal-aħħar tas-snin ħamsin , xi rġiel kienu jirċievu l-ittri bil-laqam miktub fejn isimhom fuq l-envelopp . B ’ hekk kienu aktar siguri li ma rċevewx xi ittra ta ’ ħaddieħor .
Komuni wkoll kien li l-laqam jidher fil-biljett tar-raba ’ li kien ikollhom il-bdiewa . Kien jidher anke fir-reġistru elettorali . Kont tiltaqa ’ wkoll mal-laqam miktub ħdejn l-isem fil-permessi li l-Ingliżi kienu joħorġu lil individwi biex ikunu jistgħu jgħaddu bil-bhima u l-karettun minn żoni sensittivi bħal Ħal Far u Kalafrana .
Il-Badott / il-Badutt : Pawlu Zammit
Pawlu jiġi t-tifel ta ’ Piju l-Kexkux u Nikolina Baldacchino mill-Gudja . Pawlu kien iżżewweġ lil Ċettina Cachia u għandhom tifla Claire u neputi Benjamin Paul . Pawlu kien fil-pulizija . Fir-raħal kien attiv ħafna fil-
Każin San Pawl u għal xi żmien kien serva bħala Viċi President tal-istess Każin . Kien dilettant sew tan-nar u għadda snin mhux jaħdem biss , imma kien jinvolvi l-familja tiegħu wkoll biex jorganizzaw ġbir ta ’ fondi għallkamra tan-nar . Kien uman mannies tan-nar li kollha jaħdmu volontarjament u kien jirranġa xi ikliet għalihom biex mhux jaħdmu biss . Pawlu kien serju f ’ xogħlu u responsabbli . Jekk jinqala ’ xi diżgwit , kien punt ta ’ riferenza biex jitranġaw l-affarijiet .
Il-familja min-naħa ta ’ missier Pawlu kienet magħrufa b ’ diversi laqmijiet . In-nannu ta ’ Pawlu , jiġifieri Carmelo Zammit li kien iżżewweġ lil Gita , kien imlaqqam bħala ta ’ Marċjal , tal-Badutt , ta ’ Lembuta u ta ’ Karga l-Fies . Pawlu kien dejjem ma ’ saqajn in-nannu u kellu l-istess karattru bħalu . Fir-raħal in-nies baqgħu jsibuhom blewwel tliet laqmijiet imsemmijin hawn fuq . Milli jidher , mil-laqmijiet kollha , Pawlu minn età żgħira kien wiret il-laqam il-Badott kif jixhed fir-ritratt tan-nar li ħadem hu stess .
Diqq Diqq : Daniel Dalli
Jiġi t-tifel ta ’ Anġlu ċ-Ċomni u Katerin Busuttil ta ’ Pisuwa . Daniel kien dilettant ferm tal-muturi u aktar tard anke tal-karozzi . Meta kien għadu qed jitrabba , f ’ Ħal Safi bilkemm kont tara xi mutur jew karozza għaddejjin . Maż-żmien bdew ifeġġu xi muturi . Daniel
Pawlu mal-familja ( Ritratt : Claire Zammit ) ( Ritratt : Daniel Dalli )

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
101