Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 97
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Laqmijiet f’Ħal Safi
u kif oriġinaw (It-tielet parti)
Jinny Cachia
L-Artist: Emanuel Cachia
Hekk kienu jsejħulu ħbiebu li kienu
jkunu fil-Każin San Pawl u fil-Pjazza ta’
Ħal Safi. Il-familja saret taf b’dan wara
mewtu. Leli, kif kienu jsejħulu, kien raġel
twil, wiċċu sabiħ u persuntu pulita. Aktar
minn hekk kien jilbes tajjeb u dittur għaddehra
tiegħu. Il-kulur tal-qmis u tal-kalzetti
jridu jkunu jaqblu mal-qalziet. Saħansitra,
anke ċ-ċinturin
u ż-żarbun
kien jagħti
Emanuel Cachia, L-Artist
(Ritratt: Jinny Cachia)
kas. Però
fuq kollox dejjem kellu
tbissima fuq wiċċu, iħobb
il-kumpanija, qalbu tajba,
ġeneruż immens u kien jgħin
lil ħafna nies. Ħal Safi kien
tilef benefattur kbir meta
għoxrin sena ilu, fis-6 ta’
April 2000 mar għand il-
Mulej.
Ballina: Pawla Abdilla u t-tifla Katerin
Oriġinarjament Pawla kienet miż-Żurrieq. Pawla
kienet iżżewġet lil Ġużeppi Busuttil il-Pitiross minn Ħal
Safi. It-tifla Katerin iżżewġet lil Frenċ Polidano (tal-
Biżut miż-Żurrieq) u għexet snin twal ġo dar fi triq li
llum imsemmija Triq it-Twemmin, kantuniera ma’ Triq
San Tumas.
Jingħad li l-omm kienet mara kbira u qawwija mmens
u kienu diġà jsibuha bħala Ballina. Katerin kienet ukoll
qawwija, apparti li kellha għonqha oħxon. Allura ġarret
il-laqam ta’ ommha Pawla.
Katerin kienet għamlet ġest sabiħ. Meta l-Kappillan
kien qed jiġbor oġġetti tad-deheb mingħand familji Ħal
Safin biex isebbaħ l-altar maġġur b’tabernaklu tad-deheb,
Katerin kienet irregalat il-barbazzal tad-deheb tagħha,
dan il-barbazzal għadna nistgħu ngawduh sal-lum.
Barbaxan/Barbaxon: Salvu Farrugia
Jgħidu li Salvu kien raġel twil u sabiħ u jżommha.
Għal xi okkażjoni fis-sajf, kien jilbes il-ġlekk abjad biex
imur il-knisja fejn kien iħobb joqgħod taħt il-pulptu.
Rużar Farruġia jirrakkonta li missier missieru, jiġifieri
n-nannu Salvu, kien isejjaħ lil zijuh barba Xan. Dak iżżmien
kienu jgħidu barba minflok ziju. Probabbli li z-ziju
kien jismu Xandru u għalhekk kien isejjaħlu barba Xan.
Insomma, barba Xan tielgħa u barba Xan
nieżla, u Salvu sar l-ewwel wieħed b’dan
il-laqam, li sal-lum il-familja għadha
magħrufa bih.
Bejdet: Ġanni Muscat
L-ewwel żwieġ ta’ Ġanni kien ma’
Marija Falzon u kellhom lil Anna u Pietra.
Wara li romol, kien iżżewweġ lit-tieni
mara tiegħu, Gejtana Camilleri miż-
Zurrieq minn ta’ Bixkilla. Mit-tieni żwieġ,
l-ulied kienu Karmnu, Pietru, Anġlu,
Marie, Żeppi, Ninu u Pawlu.
Xogħol Ġanni kien il-Belt Valletta bħala kennies.
Xħin jasal il-ħin tal-ikel, kien imur għand tal-ħanut tassoltu
u ta’ kuljum jordna żewġ bajdiet. Naturalment, hu
kien jitkellem bl-aċċent ta’ Ħal Safi. Allura kien jgħid
“ġex bejdet”, filwaqt li jgħolli idu u joħroġ żewġt iswaba’
biex ikun ċert li tal-kċina fehemu. Tal-ħanut kienu drawh
u allura, xħin jarawh ġej, dlonk kienu jagħrfu lill-kok blordni
ta’ Bejdet!
Il-Buttar/il-Buttor: Spiridione Callus
Għal ġenerazzjonijiet sħaħ, il-familja kienet diġà
magħrufa bil-laqam antik Ta’ Paska. Spiru, fost xogħlijiet
oħra li kien jagħmel, kien jaħdem ta’ buttar, jiġifieri
jaħdem krietel tal-injam biex jimlew il-patata fihom
wara li jiġbruha mill-għelieqi biex jesportawha. Dan
ix-xogħol kien jagħmlu n-Nigret fiż-Żurrieq fejn illum
hemm is-sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù. Allura, għal faxxa ta’
nies, speċjalment bdiewa, kienu jsibuh bħala ‘il-Buttar’
minħabba s-sengħa li kellu.
Taċ-Chalie: Ġanni Busuttil
Kien miżżewweġ ma’ Anġla mwielda Mangion.
Kellhom familja numeruża ta’ għaxart itfal. Għal xi
żmien kienu joqogħdu ġo post antik, fejn illum hemm
il-Villa ta’ Dun Ġwann (il-post fejn joqogħdu s-sorijiet).
Ġanni kien raġel twil u sabiħ. Anġla kienet fetħet ħanut
tal-merċa fil-kamra tal-Lojs fi Triq San Ġużepp. Wara
kienet kriet żewġt ikmamar mill-Palazz ta’ Gollcher minn
għand Ġola ta’ Borom u ġiet il-Pjazza. Mingħand Anġla
l-ħanut għadda f’idejn it-tifla tagħhom, Manna taċ-Chalie,
li bosta nies għadhom jiftakruha. Fis-snin ta’ wara, il-ħanut
kien imexxih Piju iben Manna flimkien mal-mara tiegħu
Palula. Sadanittant, it-tifla tagħhom Anġolina (Lina) kienet
trawmet sewwa fil-ħanut. Ħadet ir-riedni f’dejha fl-aħħar
snin u l-ħanut spiċċa meta Lina għajtilha l-Mulej.
95