Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 70

Festa 2020 Każin Banda San Pawl, Safi Preżentazzjonijiet Is-Sinjura Josephine Polidano, ringrazzjament lill-familja Polidano (Iċ-Ċaqnu) għall-għajnuna kollha li jagħtu lis-Soċjetà Is-Sinjura Tessi Magri, ringrazzjament lilha għal dak kollu li tagħmel fil-komunità ta’ Ħal Safi, kemm fil-Każin Banda San Pawl, il-Parroċċa u mal-għaqdiet, b’mod partikolari fejn jidħol xogħol ta’ drapp, ħjata u kostumi Is-Sur Setefano Cassar, tifkira mogħtija lilu għas-servizz tiegħu ta’ għaxar snin segretarju tas-Soċjetà. Il-Kumitat ħa l-okkażjoni li jfakkar il-ħidma tiegħu hekk kif kien waqt żjara f’Malta mill- Awstralja fejn qed jgħix illum. Is-Sinjorina Janica Koustas tippreżenta d-donazzjoni tal-flus li nġabru matul is-sena mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Is-Sinjura Catherine Zahra tippreżenta d-donazzjoni tal-flus li nġabru matul is-sena mis-Sottokumitat tan-Nisa Is-Sur Kurt Debono jippreżenta d-donazzjoni tal-flus li nġabru matul is-sena mill-Kummissjoni Armar 68