Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 69
maħduma mill-funderija ta’ Milan Prospero Barigozzi u
mħallsa minn Michelangelo Busuttil li kien negozjant u
benefattur kbir tal-Knisja Parrokkjali tagħna. Hu miet fi
Frar tal-1924 fl-età ta’ 79 sena. Ismu jinsab imnaqqax fuq
il-qanpiena l-kbira.
Dawn il-qniepen waslu fil-Port il-Kbir f’Awwissu tal-
1920. Iċ-ċerimonja tal-konsagrazzjoni tal-qniepen saret
fid-19 t’Awwissu 1920. Dakinhar tal-inawgurazzjoni
tal-qniepen daqqet il-Banda Santa Katarina taż-Żurrieq
li mexxiet programm fil-pjazza tal-knisja ta’ Ħal Safi
taħt it-tmexxija tas-Surmast Ferdinandu Falzon. Dan
is-surmast mexxa wkoll xi servizzi bħala organista filparroċċa
tagħna.
Il-qniepen ta’ dan is-sett il-ġdid kienu ssemmew hekk:
• L-ewwel (il-Kbira) – Mater Boni Consilii
• It-Tieni (fustanija) – San Mikiel
• It-Tielet – Maria Vergine
• Ir-Raba’ (iż-żgħira) – San Giuseppe
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
In-noti tal-qniepen huma:
MI4 - E’’
SI3 - H’
LAb3 - AS’
Fa3 - F’
Il-funderija Prospero Barigozzi
L-istorja tal-funderija hija marbuta mas-santwarju
ta’ Santa Marija alla Fontana, Milan. L-artijiet madwar
is-santwarju kienu parti mill-knisja nnifisha. Mal-wasla
ta’ Napuljun l-affarijiet inbidlu. Ħa l-artijiet madwar issantwarju
u hemm bena funderija tal-Bronż. Il-viċi-re
Eugenio De Beauharnais sejjaħ lill-aħwa Manfredi, li
kienu f’Pariġi, biex imorru Milan sabiex jieħdu ħsieb ilkostruzzjoni
tal-funderija. Din infetħet fl-1806 u ngħatat
l-isem ta’ Eugenia bħala unur lejn il-viċi-re.
Fl-1830, il-funderija kienet akkwistata mill-familja
Barigozzi li kellha għadd ta’ funderiji madwar ir-reġjun
tal-Italjan. Fl-1868 il-familja bniet workshops kbar
f’Milan għall-bini tal-funderija tal-qniepen.
Fis-seklu 19 il-funderija bdiet tagħmel il-qniepen,
mhux għan-naħat tal-Lombardija u Piemonte biss imma
wkoll għal reġjuni oħra fl-Italja. Fl-1975 il-funderija
għalqet il-bibien tagħha u reġgħet fetħithom snin wara
bħala mużew.
Din il-funderija ħalliet diversi xogħlijiet f’dawn ilgżejjer
– il-Marsa (1911), Ħal Safi (1920), iż-Żebbuġ,
Għawdex (1920), il-Qala, Għawdex (1922), il-Mellieħa
(1925), ir-Rabat, Għawdex (1925), Ħal Luqa (1928),
l-Għasri, Għawdex (1930), l-Imqabba (1931), is-Sannat,
Għawdex (1932), l-Imġarr (1935), il-Fontana, Għawdex
(1958), l-Imdina (1960), Ħal Tarxien (1960), u l-Wardija
(1966).
67