Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 137

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 L-awtur ta’ dawn ix-xogħlijiet huwa Luigi Monreal. Kien twieled iż-Żurrieq fid-29 ta’ Ġunju 1908 millġenituri Emmanuele u Ursula neé Saliba. Ta’ età tenera ta’ 13-il sena kien safa orfni. Ħuh Ġużepp u oħtu Katarina ma setgħux jieħdu ħsiebu għaliex huma kellhom bżonn jaħdmu biex jieklu. Allura kontra qalbhom kellhom ipoġġuh fl-Istitut ta’ San Ġużepp, Santa Venera. Luigi dam hemmhekk erba’ snin fejn ħa formazzjoni tajba. Ħareġ ta’ 17-il sena b’ċertifikat sabiħ li kien imħarreġ sewwa fix-xogħol ta’ mastrudaxxa u anke ta’ furnar. Kif jixhed iċ-ċertifikat ta’ meta ħalla l-istitut, diġà kellu xogħol garantit f’ħanut ta’ mastrudaxxa fl-Imsida. Kienet l-imħabba ta’ ħajtu li kienet ressqitu lejn Ħal Safi meta Luigi żżewweġ lil Filomena Cachia, it-tifla ta’ Pawlu Cachia (Ċekċek) u Concetta Schembri. Ftit wara ż-żwieġ, inġabar bil-lieva bħala suldat fl-Armata ta’ Malta. Peress li kien tas-sengħa, ma damx ma laħaq Lance Corporal (kapural b’penz wieħed). Kompla javvanza u sar kapural ta’ bit-tnejn. Kien fit-taqsima tal-inġinerija u spiċċa mill- Armata bħala Staff Sergeant (bi tliet penzijiet). tal-Bużu. Aktar tard huwa kien kera remissa fi Triq Santa Marija mingħand Madalen ta’ Klejlu fejn kien kompla jaħdem ta’ mastrudaxxa għal bosta snin. Monreal kien beda jiddisinja u jaħdem l-aperturi minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija u kompla għal diversi snin wara. L-ewwel bieb li nafu li sar minn idejn Monreal kien dak tad-dar ta’ Manna Zammit taċ-Chalie. Hemm dawk it-tlett idjar; ta’ Manna, ta’ Busuttil ta’ Serek u ta’ Mifsud (ta’ Rasaj) li kienu nbnew qabel il-gwerra fiżżona magħrufa bħala tal-Farrat. Il-bennejja kienu Salvu Callus (ir-raġel ta’ Vitor ta’ Manna), ħuh Mikelanġ u Wiġi Mifsud (Karusi). Quddiem dawn id-djar kien hemm barumbara li kienu jafuha bħala ta’ Sansun, persunaġġ miż-Żurrieq. Il-bqija kien kollu raba’ sa ħdejn il-Villa, li kien bena l-qassis minn Ħal Safi, Dun Ġwann Vella, u li qiegħda biswit il-Knisja. Snin wara, il-barumbara kellha titwaqqa’ biex tinbena Triq iż-Żurrieq. Luigi Monreal u martu Filomena neé Cachia (Ritratt: Sulina Monreal m. Zammit) Wiġi (kif il-maġġoranza kienu jsibuh) kien fil-bidu jaħdem fil-garaxx li hemm hekk kif iddur għal ġo Sqaq Numru 2, fi Triq Santa Marija u magħruf bħala s-Sqaq Tal-Farrat, ritratt meħud c1951, qabel ma nbniet Triq iż-Żurrieq. Jidhru ż-żewġt itfal ta’ Karmnu Cachia n-Newċier, Albert u Janie misjuqa miz-zija Lucy (Ritratt: Sunny Cachia) Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, kienet waqgħet bomba wara l-Villa ta’ Dun Ġwann (fejn illum jgħixu s-sorijiet) li ġarrfet is-sagristija u saħansitra kkawżat ħsarat fil-koppla. Diversi rġiel voluntiera mir-raħal kienu impenjaw ruħhom biex isewwu l-ħsarat tal-koppla. Sadanittant kienet ittieħdet id-deċiżjoni li ssir il-pittura fil-koppla. Għal dan il-għan, kienet saret ukoll xi skultura u lavur fil-ġebla minn Ġanmari Cachia (tal-Feles) li kien magħruf sewwa għall-kapaċità tiegħu fil-bini u l-lavur fil-ġebla. Is-sagristija kienet tikkonsisti f’kamra waħda żgħira. Kien sfrondalha s-saqaf. Sid l-għalqa ta’ maġenb din ilkamra, ċertu Ġanni tat-Tamburett miż-Żurrieq, kien offra li jistgħu jieħdu biċċa art mill-għalqa tiegħu biex ikabbru s-sagristija. Ninu Busuttil (Tat-Teqqa) kien jirrakkonta li Ġanmari Cachia kien ħa x-xoghol f’idejh biex jippjanta u bil-ġenerożità ta’ Ġanni, seta’ jibni tlett ikmamar minflok waħda. Wara l-ewwel kamra, kien iddisinja u bena taraġ sabiħ, bir-raġġ u paxxut biex wieħed jitla’ għal fuq ilbejt. Kien ħadem ukoll il-lavur li hemm mad-dawra tattliet bibien u li baqa’ tiela’ b’architrave fuq il-bieb tannofs, li taha dehra eleganti. Aktar tard, Wiġi kien ħadem il-bibien bil-ħġieġ ta’ dawn it-tlett ikmamar u kien uża l-injam tat-travi tal-qastan. Joseph Zammit (Żużu ta’ 135