Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 136
Festa 2020
Każin Banda San Pawl, Safi
Bibien
Jinny Cachia
Il-bibien magħmulin
għoljin biex jidħlu l-ħajjin
u wesgħin biex joħorġu l-mejtin
Prof Richard England
Bieb miftuħ jgħidlek “Idħol”.
Bieb magħluq jgħidlek “Int min int?”
Carl Sandburg
Bieb imbexxaq iqajjimlek kurżità
u jġiegħlek tgħarrex għajnejk tipprova
tilmaħ x’hemm fuq ġewwa.
Fil-mitoloġija Rumana, Janus huwa l-alla tal-bibien.
Jiġi ppreżentat bħala ras doppja bl-uċuħ iħarsu kontra
xulxin. U hekk hu l-bieb; għandu wiċċ iħares naħa u
wiċċ iħares in-naħa opposta.
jiġu fin-nofs ta’ żewġ żoni. Allura, meta
bieb jinfetaħ, iħajrek u jistiednek tidħol,
però meta l-bieb jingħalaq, jifred u jaħbi.
Meta bieb jissakkar għas-sigurtà u
l-privatezza, jipproteġik u jiddefendik. Flistess
ħin iqajjimlek kurżità ta’ x’hemm
warajh. Meta bieb jinfetaħ, jikxef u
jsaħħar bis-sigrieti li hemm ġewwa.
Pubblikazzjonijiet rigward il-bibien
ilhom jinkitbu mis-seklu sittax. Hemm
il-klassiċi ta’ Sebastiano Serlio, ktieb
straordinarju fuq il-bibien. Anke Andrea
Palladio kiteb fuq id-dimensjoni talbibien
fit-trattati Quattro Libri d’Architettura.
Ħal Safi jista’ jiftaħar b’ċelebrazzjoni ta’ aperturi li
huma sbieħ, interessanti u maħdumin b’sengħa kbira.
Ngħoddu mhux anqas minn ħdax-il binja b’numru ta’
bibien tad-djar, garaxxijiet, antiporti u twieqi, dawn
grazzi għall-bravu mastrudaxxa li kien ġie joqgħod
fostna għal ħafna snin.
Janus, kien jitqies bħala Alla tal-Bibien fil-mitoloġija u reliġjon
ta’ żmien Ruma tal-Qedem. B’żewġt uċuħ iħares lejn il-passat u
lejn il-futur; lejn barra u lejn ġewwa.
Il-bibien għandhom funzjoni. Bibien ta’ barra jħalluk
taqsam minn spazju fuq barra għal spazju fuq ġewwa u
viċi versa. Dawn jitwaħħlu eżatt wara l-għatba u b’hekk
Luigi Monreal liebes l-uniformi ta’ suldat jaħdem xi xogħol ta’
mastrudaxxa fil-Barracks. (Ritratt: Sulina Monreal m. Zammit)
134