Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 70
Festa 2019
Każin Banda San Pawl, Safi
Niftakru…
Il‑Funeral ta’ Żużu Callus
F’Joseph Callus (Żużu ta’ Vitor), li miet fil-15 ta’
Jannar 2019, fl-età ta’ 82 sena. Huwa kien persuna li ta’
ħinu u saħħtu biex ta’ kull sena San Pawl ikollu festa kif
jixraqlu.
Żużu kien għamel xi żmien jaħdem fl-Arabja Sawdija
u wara li ġie lura Malta kien għamel perjodu jaħdem fl-
ajruport ta’ Malta u wara għamel żmien twil jaħdem ma’
kumpanija li kienet tbigħ it-te tal-pakketti f’Malta. Meta
kien għadu żagħżugħ huwa kien ukoll jilgħab il-futbol
tant li kien jagħmel parti mit-tim Safi WCY lejn l-aħħar
tas-snin ħamsin.
Huwa għamel snin twal jagħti sehmu fil-każin tal-
Banda San Pawl kif ukoll fil-ħdim tal-piroteknika. Żużu
kien President tal-Każin San Pawl mill-1965 sal-1977 u
qatta’ parti sostanzjali minn ħajtu jaħdem in-nar għall-
festa tar-raħal. Huwa kien kabbar in-namra tiegħu għall-
piroteknika wara li oħtu żżewġet lil Leli Camilleri,
iż-Żanżoff, Gudjan li wkoll għamel snin twal jaħdem il-
logħob tan-nar, kemm tal-ajru u wkoll tal-art.
Magħruf fost sħabu dilettanti tan-nar bħala ‘l-Foreman’,
Żużu jibqa’ żgur magħruf għas-sett ta’ tnax-il murtal tal-
beraq pront li kien jikkonsisti minn fetħa waħda sa murtal
Żużu Callus fis‑snin 70
ta’ tnax-il fetħa, liema sett kien mar tajjeb ħafna u baqa’
jissemma sal-lum.
Mindu fetaħ il-post tan-nar li hemm illum, huwa kien iqatta’ parti sostanzjali minn kull ġurnata jaħdem in-nar
peress li kien ikollu s-sehem tiegħu fil-ħarqa ta’ lejlet il-festa. Żużu baqa’ jiffrekwenta l-post tan-nar sakemm saħħtu
kienet għadha ttih. Fl-aħħar snin, peress li minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu ma baqax joħroġ mid-dar, xorta waħda
kien isegwi l-ħruq tan-nar tal-ajru minn gallarija li għandu fuq in-naħa ta’ wara tad-dar fejn kien jgħix u li tiġi faċċata
tal-għelieqi minn fejn isir il-ħruq tan-nar kull sena.
Dejjem bi tbissima fuq wiċċu, Żużu, li miet ftit ġimgħat biss wara l-mewt ta’ martu, kien raġel ġentlom u kellu
devozzjoni kbira lejn San Pawl. Kienet ukoll l-hena tiegħu jgħaddi xi ħin fuq xi bank fil-pjazza tar-raħal jirrakkonta
stejjer mill-passat.
Grazzi, Żuż, ta’ dak kollu li għamilt biex sena wara l-oħra seta’ jkollna ħarqa nar kif jixraq lill-festa tagħna u għall-
ħidma tiegħek fil-każin tal-Banda San Pawl.
68
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019