Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 68

Festa 2019 Każin Banda San Pawl, Safi Messaġġ mis‑Sindku Festa 2019 Johan Mula Għaddiet sena oħra u reġa’ wasal il- mument li nwasslilkom il-messaġġ tiegħi għall-okkażjoni tal-festa ta’ Missierna San Pawl. Sena partikolari li, kif ilkoll tafu, proprju tliet xhur ilu, kellna l-elezzjoni tal- kunsill lokali. Għalhekk ma nistax nonqos milli, f’din l-ewwel parti tal-messaġġ tiegħi, nikteb kelmtejn dwar din il-materja qabel ngħaddi għall-messaġġ tal-festa. Ninsab ferm kuntent u onorat li għat- tielet darba konsekuttiva għoġobkom terġgħu teleġġuni sabiex inservikom fil-kunsill lokali għall-ħames snin li ġejjin. Bla dubju onorat ferm iktar li erġajtu kkonfermajtuni fil-kariga ta’ sindku u minn qalbi nirringrazzja lil dawk l-405 persuni li tawni l-ewwel preferenza. Sodisfatt ukoll li għal darb’oħra erġajt żidt fl-ammont ta’ voti miksuba. Dan, apparti milli huwa sinjal ta’ apprezzament minnkom ir-residenti tax-xogħol imwettaq minni tul dawn l-aħħar seba’ snin li ilni nservi fil-kunsill lokali, għandu jservi wkoll sabiex jixprunani u jimmotivani għal iktar ħidma b’risq il-lokalità tagħna. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li ħarġu jixħtu l-vot tagħhom, irrispettivament lil liema partit politiku jew lil liema kandidat ivvutaw, biex b’hekk se jkollna kunsill lokali ġdid. Minn hawn nixtieq nawgura lil Joanna Abdilla, Janice Azzopardi, Francis Callus u Publius Abdilla li ġew eletti biex flimkien miegħi se nkunu qed immexxu t-tmien leġiżlatura tal-kunsill tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll liż-żewġ kandidati l-oħra, Mark Cocker u Marcella Busuttil, li offrew is-servizz tagħhom għall-lokalità tagħna però ma kinux eletti. Iktar minn xi privileġġi, il-kariga ta’ sindku ġġib magħha responsabbiltajiet kbar li wieħed irid iġorr b’serjetà kbira u l-ammont sostanzjali ta’ voti miksuba jitfa’ iktar piż fuqi biex nagħmel dan. Sindku jrid ikun hemm għal kulħadd irrispettivament ma’ liema partit politiku jkun ikkontesta fl-elezzjoni. Sindku jrid ikun hemm biex jiżra’ l-għaqda fost il-komunità u dan jagħmlu permezz tal-eżempju tajjeb li jittrażmetti fost ir- residenti. Dan li qed nikteb pruvajt inwettqu fil-prattika matul il-leġiżlatura l-oħra u l-istess se nkun qed nipprova nagħmel tul din il-leġiżlatura. Il-festa ta’ din is-sena għandha sinjifikat speċjali għax jaħbat il-175 anniversarju tal-istatwa titulari ta’ San Pawl. Għalhekk ma jistax jonqos li l-kumitat Banda San Pawl flimkien mas-sottokumitati kif ukoll mal- parroċċa qed jaħdmu bis-sħiħ biex ikollna festa ikbar mis-soltu. B’sodisfazzjon infurmat li din is-sena se jerġa’ 66 jkollna n-nar tal-art wara l-assenza tas- sena l-oħra. Sakemm qed nikteb dan il- messaġġ għadna m’aħniex ċerti jekk hux se jintrama fi Triq il-Kuċċard minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa f’din it-triq. Min-naħa tiegħi u tal-Kunsill qed nagħmlu l-pressjoni tagħna biex ix- xogħol jitħaffef kemm jista’ jkun biex forsi almenu l-parti ta’ isfel fejn jintrama n-nar tkun lesta. Però dan ma jiddependix minna u allura diġà, flimkien mal-kumitat ċentrali u mal-kumitat tan-nar, bdejna naħsbu għal post ieħor fejn jista’ jinħaraq in-nar tal-art f’każ li ma jkunx possibbli li tintuża Triq il-Kuċċard. Bla ebda dubju l-ispejjeż, kemm biex issir il-festa u anke f’dak li jikkonċerna l-bżonnijiet ġenerali tal-każin innifsu, huma kbar. Bħala kunsill lokali nippruvaw ngħinu kemm nistgħu u sa fejn tippermetti l-liġi. Apparti minn hekk, jeżistu diversi skemi li permezz tagħhom il- każini tal-baned jistgħu jakkwistaw fondi. Min-naħa tiegħi pruvajt inservi ta’ pont sabiex, permezz ta’ ċertu kuntatti li bnejt, nipprova nressaq u ngħin kemm nista’ lill-kumitat sabiex japplika u jġib dawn il-fondi. Fost dawn kien hemm fondi tal-UE taħt miżuri maħruġa mill-fondazzjoni GAL Xlokk u b’sodisfazzjon ngħid li l-Każin irnexxielu jieħu kważi 9,000 ewro. Apparti minn hekk, hemm fondi oħrajn maħruġa mill- Ministeru tal-Kultura permezz tal-Kunsill Malti għall- Arti li dwarhom diġà tkellimt mas-segretarju tal-każin sabiex issir l-applikazzjoni. Hemm imbagħad il-fondi mir-Reġjun Nofsinhar fejn permezz tagħhom qegħdin jiġu ffrankati l-ispejjeż tal-gwardjani lokali matul il-festa. Saret ukoll il-Festa Nar organizzata mill-istess Reġjun Nofsinhar li permezz tagħha bbenefikaw minn fondi l-kumitat tan-nar kif ukoll is-sezzjoni żgħażagħ li kellhom l-opportunità li jarmaw stand tal-ikel f’din il-festa. Min-naħa tiegħi dejjem se nkun disponibbli biex ngħin sa fejn nista’ mhux lill-każin Banda San Pawl u l-parroċċa biss imma lill-għaqdiet l-oħra tar-raħal ukoll. Niddejjaq inkun negattiv fil-messaġġ tiegħi però ma nistax ma nesprimix id-diżappunt tiegħi għal inċident partikolari li seħħ fil-festa tas-sena l-oħra fejn sfortunatament pulizija li kien waqt il-qadi ta’ dmirijietu spiċċa aggredit u msawwat flimkien ma’ xi inċidenti oħra li seħħew dakinhar. Inċidenti bħal dawn jitfgħu dell ikrah kemm fuq il-festa u kif ukoll fuq ir-raħal tagħna u żgur li mhux aċċettabbli li isem raħalna jispiċċa jissemma fin- 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019