Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 67

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 San Pawl u s‑Sbuħija ta’ Ruħna Dun Karm Zammit Kemm nieħu gost kull meta nkun ġej minn xi mkien ieħor, xħin nasal fir-raħal tagħna ta’ Ħal Safi. Aktar u aktar narah sabiħ, meta jkunu waslu l-jiem tal-Festa ta’ San Pawl Missierna, Patrun tal-Parroċċa tagħna. Din il-Festa ta’ San Pawl minn dejjem iġġib ċertu ferħ f’qalbi u f’moħħi, għax kont nitgħaxxaq bil-preparazzjoni u t-tiżjin kemm fil-Knisja Parrokkjali kif ukoll fit-toroq tar-raħal tagħna. Illum, aktar minn qabel, kemm fil-Knisja Parrokkjali, kif ukoll fit-toroq tagħna, issib u tara tiżjin aktar minn qabel, grazzi għal ħutna ta’ qabilna u dawk tal-lum. Imma mhux biżżejjed dan it-tiżjin li jsebbaħ lil pajjiżna, imma pajjiżna jrid ikun aktar magħqud ma’ Alla, bħal San Pawl, kif jikteb fl-Ittri tiegħu li nsibu (u nispera li naqrawhom u nimmeditawhom) fit-Testment il-Ġdid tal-Iskrittura Mqaddsa. Fil-bidu tal-Ittri tiegħu, hu dejjem ifaħħar u jirringrazzja lil Alla b’titli sbieħ ħafna: “Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ” u fuq dan il-ħsieb San Pawl ikompli: “in-niket tagħna jservi għal faraġ u s-salvazzjoni tagħkom”. Għalhekk, hu importanti ħafna, li aħna, bħala Nsara u fuq l-eżempju u t-tagħlim ta’ San Pawl, insebbħu lilna nfusna b’għaqda ma’ Ġesù bis-Sagramenti Mqaddsa. Hekk is-sbuħija tar-ruħ tagħna tirrifletti fuq it-tiżjin fil-Knisja u fit-toroq tagħna. San Pawl Bierek Lilna u Lil Malta Tagħna! St Paul Bitten by a Viper on the Island of Malta ta’ Maerten de Vos ‑ ċirka 1567, Pariġi, Le Louvre 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 65