Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 53

Każin Banda San Pawl, Safi l-mixja tat-tħejjija għaż-żwieġ u l-ħajja tal-familja. (Min bi ħsiebu jattendi tajjeb li jinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali). Imexxi r-Rev. Kan. Michael Zammit, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar- Rabat, u Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sant’Andrija, Ħal Luqa. Wara l-quddiesa jkun hemm il-kurunella, l-antifona u l-barka sagramentali. Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bl-Innu ta’ San Pawl. 8:45pm Il-Banda San Pawl Safi tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier, fejn fost oħrajn jindaqq u jitkanta l-Innu l-Kbir ‘Is-Sejħa’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Michael Bugelli bis-sehem tal-Kor Mirabitur u s-solisti Marita Bezzina u Vince Farrugia. Jieħdu sehem ukoll Cherise Attard, Thea Aquilina, Kayley Cuschieri, Jillianne Camilleri u Joseph Barber Bonavia. Tippreżenta s-Sinjorina Claire Zammit. Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu IT-TIELET JUM TAT-TRIDU - Jum l-Għaqdiet u l-Impenn Nisrani Filgħodu Tqarbin tal-morda fi djarhom. 5:00pm Qrar. 6:30pm Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, flimkien mal-għaqdiet reliġjużi u dawk li jgħinnu fil-ħidma missjunarja jew għamlu esperjenza missjunarja. Imexxi r-Rev. Kan. Michael Zammit, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar- Rabat, u Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sant’Andrija, Ħal Luqa. Wara l-quddiesa jkun hemm il-kurunella, l-antifona u l-barka sagramentali. Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bl-Innu ta’ San Pawl. 8:45pm Marċ mill-Banda San Pawl Safi li takkumpanja l-istatwa ta’ San Pawl fuq iż-Żiemel. Il-marċ jibda minn Trejqet it-Twemmin għal Triq San Tumas, Triq Ta’ Ġawhar, Triq il-Kenn, Triq il-Menqa, Triq l-Iskola, Triq Dun Ġużepp Caruana, Triq il-Ħajt Ruman, Triq iż-Żurrieq, Triq l-Iskola, Triq in-Nassaba, Triq it-Tellerit, Triq il-Kuċċard, Triq is-Summien, Triq l-Iskola, Triq iż-Żurrieq u jintemm fil-pjazza tal- Knisja fejn l-Istatwa tittella’ fuq il-pedestall fost briju kbir. Wara jkun hemm kant ta’ diski Pawlini u jintwera wkoll il-feature tal-festa. Is-Sibt 24 ta’ Awwissu LEJLET IL-FESTA 8:00am Quddiesa mill-Kappillan Kan. David Farrugia li fiha jitkanta l-innu ta’ ringrazzjament, it-Te Deum. 5:00pm Qrar 6:00pm Purċissjoni li titlaq mill-Knisja Parrokkjali lejn il- Knisja ta’ Santa Marija. 6:15pm Inċensazzjoni tar-Relikwa ta’ San Pawl u Translazzjoni mill-Knisja ta’ Santa Marija għall-Knisja Parrokkjali. Isir il-kant tal-Innu u tal-Antifona ta’ San Pawl. Wara jsir il-kant tal-Għasar solenni u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi r-Rev. Kan. Andrew Schembri, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta, u Viċi tal-parroċċa ta’ Marija Assunta, Ħ’Attard. 7:30pm Quddiesa ppreseduta mir-Rev. Kan. Andrew Schembri, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta, u Viċi tal-parroċċa ta’ Marija Assunta, Ħ’Attard. 8.30pm Il-Banda San Pawl Safi tesegwixxi programm fuq il- planċier. Festa 2019 9.30pm Ikun hemm il-wirja piroteknika ewlenija li tinkludi; beraq pront, beraq bir-raxx, beraq tal-kulur, murtali tal-logħob, murtali tal-kulur. Nispiċċaw b’kaxxa tal- kulur u wirja piroteknika bil-fire one li tinkludi sfejjer, blalen, ftuħ tal-kulur u tal-beraq u lampjun. 11.30 pm Wirja tal-logħob tan-nar tal-art artistiku u mekkanizzat fil-bypass. Il-Ħadd 25 ta’ Awwissu JUM IL-FESTA 6:45am Quddiesa 9:00am Quddiesa solenni kkonċelebrata ta’ Jum il-Festa mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof Emeritu ta’ Malta, li jinseġ ukoll il- Paniġierku. 12:00pm Jibda l-Marċ ta’ Filgħodu mill-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi. Jgħaddi minn diversi toroq fejn fl-aħħar jilħaq il-qofol tiegħu fil-Pjazza tal-Knisja quddiem il-Każin San Pawl u jintemm fis-2:00pm. 6:00pm Quddiesa mill-Kappillan Kan. David Farrugia, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta. 6:45pm Il-banda Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema tagħmel marċ li jibda minn Triq iż-Żurrieq u jispiċċa fil-pjazza tal-Knisja. 7:15pm Tibda l-purċissjoni bl-istatwa titulari tal-Appostlu Missierna San Pawl. Imexxi r-Rev. Kan. Andrew Schembri, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta, u Viċi tal-parroċċa ta’ Marija Assunta, Ħ’Attard. Mal-ħruġ tal-purċissjoni jindaqqu l-innijiet, u jinħarqu musketterija, salut u kaxxa infernali. Il-Kor ‘Mirabitur’ jakkumpanja lill- banda Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D.1990 waqt l-innijiet. Il-banda Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema takkumpanja l-purċissjoni, u l-banda Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D.1990 tagħmel programm mużikali fuq il-planċier fil-Pjazza tal-Knisja. 10:00pm Jindaqqu l-Innijiet ta’ San Pawl mill-banda Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D.1990 akkumpanjata mill-Kor ‘Mirabitur’ taħt it-tmexxija ta’ Simone Attard. 10:30pm Ninġabru fuq iz-zuntier, tinħaraq il-kaxxa infernali, u nilqgħu l-istatwa ta’ San Pawl lura fil-knisja. Fid- dħul tagħha, titkanta l-antifona u tingħata l-barka sagramentali. Iċ-ċelebrazzjonijiet jintemmu bl-innu ta’ San Pawl u bil-bews tar-relikwa. 11:00pm Isir il-Marċ tan-Nar mill-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi li jibda minn Triq iż-Żurrieq, jakkumpanja l-istatwa ta’ San Pawl fuq iż-Żiemel li titniżżel minn fuq il- pedestall u jintemm kollox fil-Pjazza tal-Knisja f’nofsillejl. Ġewwa l-Knisja Parrokkjali: Fil-jiem tat-Tridu: Il-mużika u l-Kor Sine Macula taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg B.Educ, A.Mus L.C.M. Lejlet u nhar il-Festa: Tindaqq il-Mużika tas-Surmastrijiet Dr Paolo Nani u Mro Antonio Nani. Il-mużika u l-kor taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg B.Educ, A.Mus L.C.M.. 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 51