Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 52

Festa 2019 Każin Banda San Pawl, Safi Programm tal-Festa 2019 L-Erbgħa 14 ta’ Awwissu 7:30pm Ħruġ tal-istatwa ta’ San Pawl fuq iz-zuntier u tislima 6:30pm Quddiesa quddiem il-knisja ta’ Santa Marija fejn Tieħu sehem il-Banda San Pawl Safi li ddoqq l-Innijiet Jum l-Ewkaristija wara jkollna ħin ta’ adorazzjoni u tingħata l-barka sagramentali. (Ma ssirx quddiesa fil-knisja parrokkjali). Il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu Jum it-Tifkira ta’ Ħutna l-Mejtin 6:30pm Quddiesa fiċ-ċimiterju biex niftakru f’ħutna mejtin. (Ma ssirx quddiesa fil-knisja parrokkjali). 10:00pm Festa Warm-Up Party Techno+, organizzata mill- Kummissjoni Armar San Pawl Safi fil-Każin Banda San Pawl, Ħal Safi. Is-Sibt 17 ta’ Awwissu 6:30pm Quddiesa għall-erwieħ ta’ dawk li mietu fil-parroċċa mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn u għal ħutna mejtin li ħadmu għall-festa. 8:30pm Lejla Ħal Safija: All Time Hits - The Concert Jieħdu sehem The Spiteri Lucas Band flimkien mal- kantanti Chiara, Ivan Spiteri Lucas, Thea Aquilina, Cherise Attard u Kayley Cuschieri. Jippreżenta Joseph Barber Bonavia. Ikun hemm varjetà ta’ ikel organizzat mis-Sottokumitat tan-Nisa fil-pjazza ta’ Ħal Safi. Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 8:50am Ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruna quddiem ix-xbieha ta’ San Pawl tal-ġebel f’Misraħ il-Knisja mill-President u l-membri tal-Każin Banda San Pawl flimkien mal- Kappillan. 9:00am Quddiesa bis-sehem tal-membri tal-Każin Banda San Pawl u s-Sezzjonijiet kollha, b’radd il-ħajr tad-90 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà u tat-30 sena mill-Banda. Fi tmiem il-quddiesa lkoll flimkien mal-membri tal- Għaqda tan-Nar ‘San Pawl’, nitolbu biex il-Mulej, bl- interċessjoni ta’ San Pawl, iħarishom minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem matul din il-ġimgħa speċjali tal- festa. 10:30am Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal- Magħmudija. 8:30pm Pasta Night organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini fil-Pjazza ta’ Ħal Safi. Ikun hemm divertiment minn kantanti lokali. Mistieden speċjali Joe Demicoli. Il-Ġimgħa tal-Festa It-Tnejn 19 ta’ Awwissu JUM IL-ĦRUĠ TAL-VARA - Jum is-Sejħa Nisranija 6:30pm Quddiesa mmexxija mill-Kan. Joseph Cilia, Kappillan ta’ Ħal Lija, u ex kappillan ta’ din il-parroċċa (2006- 2011), bis-sehem tas-Sorijiet Dumnikani, Sorijiet u Reliġjużi mill-parroċċa, u l-Abbatini, u li fiha ssir il-Preżentazzjoni tat-trabi lill-Appostlu missierna San Pawl. Fi tmiem il-quddiesa ser jiġi ppreżentat u inawgurat il-Bankun il-ġdid tal-Furċini tal-Istatwa ta’ San Pawl bħala rigal mogħti mimm Ħal Safin sabiex ifakkar il-175 sena mill-miġja tal-istatwa fostna. 50 bl-Innu Popolari. u wara tagħmel marċ ferrieħi li jibda mill-pjazza u jinżel għal Triq San Pawl, il-Housing Estate ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju, Ta’ Rqajja’ u jitla’ minn Triq San Ġwann, imur fil-Housing Estate f’Ta’ Amparell, jgħaddi minn Triq Tal-Ajżar, imur għal Triq Ħlantun, Triq Santa Marija, u jintemm fil-pjazza quddiem il-Każin Banda San Pawl. It-Tlieta 20 ta’ Awwissu Jum it-Tfal u ż-Żgħażagħ 6:30pm Quddiesa mill-Kappillan Kan. David Farrugia bis- sehem tat-tfal u ż-żgħażagħ li jħobbu l-Festa. (Min ġej iġib xemgħa miegħu.) 7:30pm Diversi tfal u żgħażagħ jimxu wara xbieha ta’ San Pawl mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja ta’ Santa Marija waqt il-kant tal-innijiet ta’ San Pawl. 8:00pm Logħob għat-tfal kollha tal-parroċċa f’Misraħ il- Knisja organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ. 8.30pm Fiera u BBQ organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini fil-pjazza b’risq il-festa. L-Erbgħa 21 ta’ Awwissu L-EWWEL JUM TAT-TRIDU - Jum ir-Rabta Pawlina 9:15am Quddiesa għall-membri tas-Safi Day Centre mill- Kappillan Kan. David Farrugia, fis-Sala Pietru Pawl Busuttil tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi. 6:30pm Quddiesa kantata bis-sehem ta’ dawk li joqogħdu f’toroq imsemmija jew b’rabta ma’ San Pawl, dawk li ġew joqogħdu Ħal Safi, Ħal Safin li joqogħdu fi rħula oħra, u dawk li joqogħdu barra minna Malta u qegħdin fostna. Imexxi u jagħmel l-omeliji tal-jiem tat-Tridu, ir-Rev. Kan. Michael Zammit, Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat, u Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sant’Andrija, Ħal Luqa. Wara l-quddiesa jkun hemm il-kurunella, l-antifona u l-barka sagramentali. Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq bl-Innu ta’ San Pawl. Fi tmiem il-funzjoni jsir it-tberik tax- xbihat ta’ San Pawl. 8:30pm Marċ mill-banda Filarmonika Santa Marija tal-Mosta, li jibda minn Triq San Ġwann (in-naħa ta’ Ħal Kirkop), idur għal Triq il-Kuċċard, Triq is-Summien, Triq in- Nassaba, Triq it-Tellerit, Triq l-Iskola, Triq il-Menqa u Triq il-Kenn, Triq Ta’ Ġawhar, Triq Dun Karm Vella, Triq il-Kaċċaturi, Triq San Tumas, Trejqet it- Twemmin, Triq Ħlantun, Misraħ San Ġużepp, Triq Santa Marija u jispiċċa fil-pjazza quddiem il-Każin Banda San Pawl. Il-Ħamis 22 ta’ Awwissu IT-TIENI JUM TAT-TRIDU - Jum l-Għajxien Familjari 5:00pm Qrar. 6:30pm Quddiesa kantata bis-sehem ta’ dawk il-koppji li qed jiċċelebraw l-10/20/25/30/40/50 sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom, u dawk li żżewġu wara l-festa tas-sena l-oħra biex iġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom. Mistiedna wkoll dawk li qed jagħmlu 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019