Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 107
Każin Banda San Pawl, Safi
Carracci. Il-lewn aħmar fl-intensità tiegħu jirreferi sew
għat-tavolozza ta’ Caravaggio kif ukoll għal dik ta’
Guido Reni. Il-mod rilassat li bih San Pietru u San Pawl
jikkomunikaw intimament qajla jindika l-avveniment
traġiku: il-martirju li għandhom jistenniehom. Din
il-lehma teatrali tnaqqas mis-sens Caravaġġist. Iżda
r-realiżmu ta’ Caravaggio jiddomina x-xogħol u wieħed
jittanta jaħseb f’segwaċi tiegħu. Xogħol drammatiku,
dinamiku u ta’ forza tremenda. Il-preġju qiegħed fis-sens
klassiku. 22
F’In-Nawfraġju ta’ San Pawl (c.1675, Mdina,
Katidral) Mattia Preti jevoka fl-abside forza katakliżmika
fl-elementi tan-natura. Huwa jipprovoka tant vjolenza li
jinħass ir-riefnu u l-buffuri ta’ Grigalata u mewġ li jrid
jibla’ l-art. In-narrattiva epika u s-sens drammatiku u
traġiku huma tant sentiti li l-ispettatur jipparteċipa f’dan
l-ispettaklu tal-biża’. 23
Din il-forza, qilla u vjolenza f’In-Nawfraġju jinbidlu
f’delikatezza skwiżita f’L-Apoteosi ta’ San Pawl (1755-
56) fl-Awla Kapitulari fil-Katidral l-Imdina, xogħol il-
magħruf Francesco Zahra (1710-73). 24 Is-sors ewlieni
ta’ dan il-kapolavur hija d-dekorazzjoni tas-sepulkru
(1752) 25 maħdum għall-Katidral tal-Imdina minn Zahra
tliet snin qabel fuq disinji ta’ Pietro Paolo Troisi (Borg,
Malcolm Dr, 1993). 26 Dak li Zahra kiseb fis-sepulkru
bl-għajnuna ta’ figuri mpittra mdendla mill-kurvatura
tal-koppla b’vireg tal-ħadid, f’L-Apoteosi huwa kisbu
bil-bravura ta’ illużjoni ottika fuq superfiċi ċatta. Il-
ħlewwa jew dolċezza tremenda u s-sens rari viżjoni tal-
ġenna jqiegħed dan ix-xogħol Rokoko fl-livelli li kiseb
il-kontemporanju tiegħu Gianbattista Tiepolo (1696-
1770) 27 It-tliet anġli f’L-Apoteosi ta’ Zahra x’aktarx
jirreferu għall-ikonografija li komunement tintuża f’San
Pawl u l-viżjoni tal-ġenna, suġġett li kien jappella għall-
Kontra Riforma. 28
Fl-1960 kummissjoni eżekuttiva ħadet ħsieb
torganizza l-Mostra Centenaria Paolina – L’Arte Sacra
a Malta fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. 29 Il-katalogu ta’
din il-wirja huwa dokument storiku importanti li jiġbor
fih tagħrif professjonali u xjentifiku dwar għadd kbir ta’
teżori ta’ l-arti antika u moderna f’Malta. Huwa riferenza
indispensabbli. Dan il-katalogu jiftaħ b’Il-Polittiku
ta’ San Pawl, pittura antika fuq l-injam fil-Mużew tal-
Katidral, l-Imdina. Dan hu teżor inestimabbli li l-awtur
evalwa wara studju fit-tul. 30
Barra dan il-katalogu bħala dokument dwar xogħlijiet
bl-immaġni ta’ San Pawl diffiċli tħalli bara żewġ siti, il-
Mużew tal-Katidral l-Imdina u l-Mużew tal-Kolleġġjata
ta’ San Pawl, ir-Rabat li jindukraw diversi teżori bl-
immaġni sagra ta’ San Pawl Appostlu li jinkludu fost
oħrajn dik ovali fil-Kappella tas-Seminarju l-Imdina u San
Ġwann Battista u San Pawl fil-Mużew tal-Kolleġġjata
r-Rabat impittra minn Antoine Favray (1706-1798). 31
L-importanza ta’ dan il-qaddis għall-Maltin tinħass
fil-knejjes sbieħ iddedikati lilu. Il-knisja kolleġġjata San
Pawl Nawfraġu fil-Belt Valletta hi maqdes mimli teżori,
Festa 2019
testimonjanza storika lil dan il-qaddis bl-istatwa ta’ San
Pawl minquxa fl-injam tal-magħruf Melchiorre Gafà
(1636-67) li tisboq kull aspettattiva. Il-knisja kolleġġjata
tar-Rabat, Malta 32 hija ħolqa vitali fil-ħajja tal-qaddis u
speċifikament il-Grotta ta’ San Pawl maqtugħa fil-blat
post ta’ kult, talb u ġabra. Il-Katidral tal-Imdina, il-
knisja matriċi tal-gżejjer tagħna u l-knisja monumentali
tan-Nadur Għawdex huma iddedikati lil San Pietru u
San Pawl waqt li l-knisja f’Ħal Safi hija kkonsagrata
u ddedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl. Numru ta’
knejjes żgħar u kappelli huma ddedikati lil dan il-qaddis,
fosthom dik ta’ San Pawl Nawfragu, fil-Menqa, San
Pawl il-Baħar xhieda tal-imħabba li l-Maltin dejjem
urew lil San Pawl li bi tradizzjoni qawwija huwa marbut
mal-istorja ta’ dawn il-gżejjer tant li jsejjaħlu ‘Missier’.
E. V. Borg verżjoni 05.07.2007
Riferenzi:
Crystal, David (ed.) (2000) ‘The Cambridge Biographical
Encyclopedia’, p.726, ISBN 0-521-63099-1
2.
James Hall – Dictionary of Subjects and Symbols on Art (1989),
John Murray, p.235, ISBN 0-7195-4147-6
3.
Bibbja Saydon – It-Testment il-Ġdid (1979), I Kor 12-13, p.466
4.
Vagheggi, Paolo (1988) ‘Masaccio – Oltre il Medioevo’ p.18 In
‘Il Romanzo della Pittura – Masaccio e Piero’ ta’ Giorgio dell’Arti
(ed.), La Repubblica, no. 239; 02.11.1988 & Morolli, Gabriele
(2001) ‘Polittico di Pisa’ pp.161-181, In ‘Masaccio – Il Trittico
di San Giovenale e il Primo ‘400 Fiorentino’ di Caterina Caneva
(ed.) Federico Motta Editore, ISBN 88-7179-330-7
5.
Casazza, Ornella (1990) ‘Masaccio and the Brancacci Chapel’,
pp.44-45 & p.60, Siena, Scala.
6.
Davies, David (ed.) (2004) ‘El Greco’ pp.192-197, National
Gallery, London, ISBN 1-85709-938-9
7.
La Pincoteca Nazionale di Bologna (1987) p.129, Nuova Alfa
Editoriale, Bologna, ISBN 88-7779-014-8
8.
Steingraber, Erich (1985) ‘ The Alte Pinakothek, Munich’, p.115,
C.H.Beck/Scala Books, ISBN 0-85667-220-3 (UK)
9.
Brown, Christopher, Kelch, Jan & van Thiel, Pieter (1992)
‘Rembrandt: The Master and His Workshop’ p.136, National
Gallery, London, ISBN 0-300-05150-6
10.
Bellosi, Luciano (1970) ‘Michelangelo Pittore’, p.26, pl.78,
Sadea/Sansoni Editori, Firenze
11.
Bottari, Stefano (1967) ‘Tesori d’Arte Cristiana – San Andrea
della Valle, Roma’ p.148/149;157, Bologna (testo di Cecilia
Pericoli Ridolfini)
12.
Lambert, Gilles (2000) ‘Caravaggio’, p.66, Tashen, Germany
ISBN 3-8228-6305-X
13.
Bottari, Stefano (1971) ‘Caravaggio’, p.9, Thames and Hudson,
London, ISBN 500-41037-2
14.
Sawbridge, Peter (2001) ‘The Genuis of Rome, 1592-1623’,
Royal Academy of Arts, London, ISBN 0-900-94694-6
15.
La Pincoteca Nazionale di Bologna (1987) p.124-125, Nuova
Alfa Editoriale, Bologna, ISBN 88-7779-014-8. Nota: Din il-
‘Konverżjoni’ ta’ Ludovico Caracci (1555-1619) li hija diġà
essenzjalment Barokka x’aktarx influwenzat lil Caravaggio,
prinċipalment l-ewwel verżjoni tal-‘Konverżjoni’ għal Santa
Maria del Popolo, Ruma.
16.
Puglisi, Catherine (1998) ‘Caravaggio’, p.166; pl.85, Phaidon,
ISBN 0714834165. Nota: Iż-żiemel fil-‘Konverżjoni’ ta’ Moretto
da Brescia (Alessandro Bonvicino c.1492/5-1554) huwa sfrenat u
drammatiku kif insibuh f’Parmigianino.
17.
Cimonelli, Dario (2003) ‘Parmigianino e il manierismo europeo’,
p.214; pl.2.2.19, Silvana Editoriale, ISBN 88-8215-481-5. Nota:
Il-‘Konverżjoni’ ta’ Parmigianino (Francesco Mazzola, 1503-40)
1.
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
105