Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 106

Festa 2019 Każin Banda San Pawl, Safi sentit u ħaj. 5 Iż-żewġ xogħlijiet saru għall-istess patrijiet Karmelitani f’Pisa u Firenze. F’żewġ xogħlijiet eċċezzjonali, El Greco jagħtina l-lat spiritwali, mistiku u psikiku ta’ San Pawl. F’wieħed (1610-14, Toledo, Museo El Greco) jinħass mortifikat, b’għajnejh miksurin u jleqqu iżda penetranti, alluċinanti. Ipnotizzanti, isammrek b’għajnejh. Il-qaddis qiegħed juri ittra bil-Grieg kusiv, ‘Lil Titu, ordnat l-ewwel isqof ta’ Kreta’. Mingħajr dubju l-artist kien japprezza l-konnessjoni li l-qaddis kellu mal-gżira fejn twieled u trabba. Żgur li ma kienx ferħan bit-tgħajjir li kien fiha kontra in-nies ta’ Kreta. L-ieħor (1605-08, Stockholm, National Museum) qiegħed b’ħarsa deċiża u b’dehra b’saħħitha jinsisti fuq punt skritturali f’diskussjoni taħraq ma’ San Pietru. 6 Raffaello (1514, Estasi di Santa Cecilia, Bologna, Pinacoteca Nazionale) jgħaddilna immaġni ta’ bniedem buruż, ħassiebi u melankoniku, f’poża monumentali klassika għalkemm imdawwar ’il ġewwa. Impressjonanti din il-figura, imqabbla ma’ oħrajn f’din is-sacra conversazione f’xogħol kważi uniku bl-oriġinalità u l-fantasija li bihom mirqum. Kompożizzjoni seminali mudell għall-Carracci partikularment għal Guido Reni (c.1595-98, Incoronazione di Maria Vergine e Quattro Santi, Bologna, Pinacoteca Nazionale). 7 Durer ipittru b’ħarsa penetranti, kważi rozza, vjolenti flimkien ma’ San Mark, li jħares bi stima lejh (1526, L-Erba’ Appostli, Munich, Alte Pinakothek) 8 waqt li Rembrandt jinterpretah bħala filosofu mgħobbi bis-snin, l-għaref li sofra għax ma fehmuhx (1629, Nuremberg, Germanisches Nationalmuseum). 9 Jekk l-artist forsi sab diffikultà jsawwar il-fiżjonomija tiegħu u kellu mingħajr ma jrid jirrikorri għall-fantasija u l-immaġinazzjoni, żgur li ma sabx l-istess diffikultà biex jesprimi xi wieħed mill-episodji interessanti u eċitanti ta’ ħajtu. Għax ħajjet San Pawl hija rikka fin-narrattiva u l-istorja. Wieħed mill-episodji l-iżjed popolari fil-ħajja tal- qaddis hija l-konverżjoni tiegħu fit-triq lejn Damasku. Tnejn mill-aqwa artisti Taljani pittru din ix-xena. Michelangelo Buonarroti b’estru ta’ ispirazzjoni interpreta dan il-mument kruċjali f’xena apokalittika fil-Kappella Pawlina fil-Vatikan. Din ix-xena kaotika, tal-għaġeb, tnissel bħal biża’ u għalhekk Stefano Bottari jsejħilha, ‘splużjoni ta’ ġganti’. Impittra bejn l-1540 u l-1545 kienet l-ispirazzjoni għal Mattia Preti fl-affreski li ħadem f’San Andrea della Valle, Ruma. U l-kliem li juża Roberto Longhi għal Mattia Preti, ‘corposo e tonante, veristico e apocalittico’ (solidu u jriegħed, veristiku u apokalittiku) 11 jgħodd eżattament għal Il-Konverżjoni ta’ San Pawl ta’ Michelangelo. It-twerwir u l-ġenn f’din ix-xena jfakkarna f’Il-Ġudizzju Universali u d-dulluvju bl-Arka ta’ Noè fil-Kappella Sistina, fil-Vatikan, Ruma. Dan l-istil li jriegħed, drammatiku, traġiku u vjolenti joħroġ qawwi f’Il-Konverżjoni ta’ Michelangelo Merisi da Caravaggio (1600, Ruma, Cappella Cerasi, Santa 104 Maria del Popolo). Din hija xena indimentikabbli fejn id-dawl (il-grazzja ta’ Alla) huwa l-protagonist u fejn iż-żiemel ġgant huwa iżjed importanti minn Pawlu. Mitfugħ minn tulu fl-art, b’għajnejh magħluqa, Pawlu jiftaħ dirgħajh beraħ qisu qiegħed jitlob lil Kristu jgħannqu miegħu biex jeħilsu mid-dalma u l-abbiss profond li jinsab fih. Il-vojt abbissali jinħass fiċ-ċentru tat-tila fejn f’logħba ta’ perspettiva Caravaggio jħallat saqajn iż-żiemel ma’ dirgħajn Pawlu f’illużjoni ottika u fond impenetrabbli. L-oriġinalità, l-element provokattiv, in-nuqqas ta’ decorum jirrendi dan ix-xogħol kif jgħid Roberto Longhi, ‘l-iżjed pittura revoluzzjonarja fl-istorja ta’ l-arti sagra’. 12 Mhux ta’ b’xejn Stefano Bottari qal, “Dawn iż-żewġ xogħlijiet f’Santa Maria del Popolo (Il-Konverżjoni u Il-Martirju ta’ San Pietru) aktar milli dawk f’San Luigi dei Francesi (ċiklu San Mattew) juru lil Caravaggio fil-quċċata tal-poteri tiegħu.” 13 Wieħed jifhem l-għala fil-kuntratt li bih Monsinjur Tiberio Cerasi jorbot lil Caravaggio għax-xogħol, jirreferi għalih bil- frażi ‘egregius in urbe pictor’. Waqt li katalogi riċenti dwar l-artist huma mitbugħa bit-titlu Il-Ġenju ta’ Ruma. 14 Din pittura li verament turi l-bidla straordinarja f’Pawlu. Biex wieħed jifhem sew l-iżvilupp ta’ Il-Konverżjoni ta’ San Pawl bħala kompożizzjoni u l-ikonografija relatata, importanti li nikkunsidraw tliet xogħlijiet li tpittru qabel dak rivoluzzjonarju ta’ Caravaggio. Dawn jinkludu dik ta’ Ludovico Caracci (Bologna, Pinacoteca Nazionale) tal-1587-89 15 ; dik ta’ Moretto da Brescia (Milan, Santa Maria presso San Celso) tal-1529-30 16 u dik ta’ Parmigianino (Vjenna, Kunsthistorishes Museum Gemaldegalerie) b’datazzjoni dubjuża. 17 Sewwa fil- pittura ta’ Moretto kif ukoll f’dik ta’ Parmigianino, iż- żiemel sferrat jingħata importanza massima, esaġerata u jippreparawna għaż-żiemel ġgantesk fil-pittura ta’ Caravaggio f’Santa Maria del Popolo. Iżda l-klassiċiżmu li xi drabi nsibu fix-xogħol ta’ Caravaggio forsi jispjega r-raġuni għala Vincenzo Giustiniani fl-ittra famuża tiegħu lil Teodoro Amadeni jqiegħed lil Caravaggio fl-istess keffa mal-Carracci u Guido Reni. 18 Iżda l-idea konvenzjonali bejn Caravaggio bħala rivoluzzjonarju u l-Carracci u s-segwaci tagħhom bħala tradizzjonalisti 19 tmur kontra l-fehma ta’ Giustiniani. 20 Dan l-iskontru juri d-diffikultà fl- evalwazzjoni artistika. Iżda għalkemm il-Carracci u Caravaggio kienu jirrapreżentaw il-klassiċiżmu u r-romantiċiżmu rispettivament ma jfissirx li ma kienx hemm influwenzi reċiproċi u legami bejniethom. F’dan is-sens wieħed japprezza l-influwenza ta’ Caravaggio fuq Guido Reni u viċe versa. Il-pittura ta’ San Pietru u San Pawl (Nadur, Għawdex) tista’ titqies rappreżentattiva ta’ din l-influwenza reċiproka. Xogħol monumentali bil-figuri ta’ Pietru u Pawlu qishom statwi Barokki b’panneġġi voluminużi, mixgħula b’dawl drammatiku u mtajra bir-riħ. L-influwenza ta’ Caravaggio 21 hija espliċita għalkemm mhux diffiċli li tista’ tkun ix-xogħol mill-bottega tal- 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019