80
ĦiDMet l-gĦaqDiet Xewkin
Xewkija tigers f.c.
football nursery
3
9
XEWKIJA
1
9
TIGERSFOOTBALL CLUB
JosMar Vella
Nibda dan l-artiklu billi nirringrazzja lil dan il-magażin
li ta’ kull sena jwassal il-leħen tan-Nursery tar-raħal
tagħna lix-Xewkin. Sfortunatament, din is-sena ma
tantx kienet sabiħa. M’hemmx bżonn nikteb x’ġara.
Kulħadd daq u ntlaqat mill-Covid-19 u dan inkluż
il-klabb tagħna ta’ Xewkija Tigers u anki lilna bħala
Nursery.
Bħalma jiġri kull sena, bdejna nippreparaw għallistaġun
li jmiss malli ntemm dak tal-2018/19. Ilpreparamenti
jkunu jinkludu t-tfassil tal-iskwadri li
jieħdu sehem fil-kampjonati tal-GFA, jiġifieri l-Under
15 u l-Under 18 u l-għażla tal-kowċis għat-timijiet
kollha tan-Nursery. Wara r-riżultati diżappuntanti talistaġun
li għadda fl-Under 15 u Under 18, ġew meħuda
żewġ deċiżjonijiet drastiċi. L-ewwel waħda kienet li
bħala klabb ma neħdux sehem fil-kampjonat Under
15. Ir-raġuni ewlenija kienet li fit-tim ma kienx hemm
plejers biżżejjed biex tingħaqad skwadra kompluta.
In-numru ta’ plejers kien limitat ħafna u anki konna
mingħajr gowlkiper, pożizzjoni li hi essenzjali ħafna.
Ippruvajna ningħaqdu ma’ tim ieħor f’Għawdex iżda
kien kollu għalxejn. Għalhekk, bi ftehim mal-plejers
tagħna stess ftehimna li dawn ikunu mogħtijin b’self
għal staġun wieħed biss lil klabb tal-għażla tagħhom.
It-tieni deċiżjoni kienet li għall-Under 18 ningħaqdu
ma’ tim ieħor li kien San Lawrenz. Kienet l-ewwel darba
li bħala Nursery ingħaqadna ma’ klabb ieħor. Ħassejna li
dan kien importanti biex ikun hemm tim kompetittiv u
l-plejers tagħna jibqgħu motivati matul l-istaġun kollu.
Bi pjaċir ngħid li din id-deċiżjoni ħalliet il-frott grazzi
għall-gwida tal-kowċ Brian Gatt. It-tim tagħna kien
qed jokkupa l-ewwel post bl-istess punti ma’ SK Lions
sakemm il-kampjonat ġie sospiż minħabba l-Covid-19.
Sakemm inkiteb dan l-artiklu, il-kampjonat kien għadu
sospiż u l-ebda deċiżjoni ma kienet ittieħdet dwar jekk
il-kampjonat kienx se jintlagħab. Nixtieq insemmi li
dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ittieħdu bl-għan prinċipali li
npoġġu l-ġid tal-plejers tagħna l-ewwel u qabel kollox.
Fil-bqija tan-Nursery kellna erba’ timijiet oħra. Dawn
kienu l-Under 13, l-Under 11, l-Under 9 u l-Under 7.
Minn qalbi nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-kowċis:
tal-Under 13 Josef Xerri u Claudio Antunes, Under
11 Josmar Vella u Noel Borg, Under 9 u 7 Guillermo
Ganet u Maria Pace. Sakemm l-istaġun intemm
f’Marzu minħabba l-Covid-19, it-timijiet kollha kienu
qed jieħdu sehem f’tournaments, logħob amikevoli
u anki attivitajiet oħra. Minkejja li l-istaġun tagħna
waqaf ħesrem, in-Nursery ma nsietx lill-plejers
tagħha. Dan għaliex, fuq il-paġna ta’ Facebook bqajna
nixxerjaw eżerċizzji li t-tfal jistgħu jagħmlu mid-dar
tagħhom stess. Dawn l-eżerċizzji baqgħu jiġu xxerjati
b’mod regolari u ħafna kien il-kliem ta’ tifħir għal din
l-inizjattiva. Min-naħa tagħhom it-tfal tagħna anki
bagħtulna xi vidjows tagħhom jagħmlu l-eżerċizzji u
li tistgħu tarawhom fuq il-paġna ta’ Facebook Xewkija
Tigers Football Academy.
Bħalma rringrazzjajt lill-kowċis, nixtieq nirringrazzja
bla dubju lill-plejers tagħna kollha u lill-ġenituri u
kustodji tagħhom. Grazzi tmur ukoll lill-Kunsill Lokali
tax-Xewkija tal-għajnuna li ta’ kull sena nsibu fih
speċjalment fl-attivitajiet li jsiru b’mod partikolari
t-tournament ta’ Jum ix-Xewkija. Fl-aħħar nixtieq
nirringrazzja wkoll lill-isponsor ewlieni tagħna St.
John Foodstore u l-bqija tal-isponsors l-oħra, helpers
u benefatturi.
KURAĠĠ U VIVA SAN ĠWANN BATTISTA