79
ĦiDMet l-gĦaqDiet Xewkin
Xewkija tigers f.c.
XEWKIJA
1
9
TIGERSFOOTBALL CLUB
3
9
JosepH attarD - segretarJu
Għeżież Xewkin,
Għall-ewwel darba fl-Istorja jew għall-inqas kemm
ilna niftakru jintlagħab il-futbol f’Għawdex fl-era
moderna, l-istaġun 2019/20 ma spiċċax b’mod normali.
Dan għaliex kif kulħadd jaf minħabba l-pandemija
COVID-19 li faqqgħet anke fl-Ewropa fl-ewwel xhur
tas-sena 2020, kull attività tal-massa inklużi dawk
sportivi u tal-futbol waqfu b’mod ħesrem b’Avviż
Legali. Wara diversi taħditiet mill-assoċċjazzjonijiet u
klabbs rispettivi ġie deċiż li l-kampjonati lokali kollha,
b’eċċezzjoni tal-Premier Malti jiġu dikjarati mitmuma
bir-rebbieħa u liema klabbs ser jiġu retroċessi u jew
promossi jiġi deċiż b’mod uffiċjali f’dawn il-ġimgħat.
Din il-pandemija mhux biss ħarbtet l-istaġun sportiv
tal-futbol iżda anke l-programm finanzjarju u
amministrattiv ta’ Xewkija Tigers F.C. L-investimenti
kapitali tal-klabb u r-rendiment u l-introjtu minnhom
ħadu daqqa kbira b’konsegwenzi koroh fuq is-sistema
finanzjarja tal-istess klabb. Żgur iżda dan mhux qed
jaqtagħlna qalbna biex nippjanaw fil-futur u sa fejn
hu possibbli anke b’ċertu entużjazmu, minkejja l-fatt
li qatt ma ninsew li s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi
tiġi qabel kollox u għaldaqstant żgur li dejjem ser
inkomplu nimxu mar-regoli maħruġa mill-Gvern
Ċentrali u l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
b’mod sikur lill-plejers professjonali barranin tagħna,
speċjalment dawk mill-Amerika t’Isfel. Il-plejers lokali
għal darb’oħra kienu ta’ spalla għat-tim tagħna, anke
billi jgħinu lill-plejers ġodda jintegraw bl-aħjar mod
possibbli. Mil-lat amministrattiv kien tlesta l-ġim
anke bl-għajnuna tal-President Jeffrey Farrugia u
l-ħaddiema tal-klabb, wara li konna diġà rċevejna
għajnuna finanzjarja mill-Gvern Ċentrali, mill-Ministeru
għall-Edukazzjoni, mis-Segretarjat għall-Isports u mill-
Ministeru għal Għawdex.
Filwaqt li din is-sena żgur li ser ikollna niċċelebraw ilfesta
tal-Patrun tar-raħal tagħna San Ġwann Battista
b’mod differenti, xorta wieħed jawgura l-festa t-tajba
u nisperaw għan-normalità malajr kemm jista’ jkun.
Mhux biss tħarbat l-istaġun 2019/20 iżda ħadd għadu
ma jaf kif u meta ser jibda l-istaġun tal-futbol li jmiss
2020/21 u wisq inqas b’liema tip ta’ regolamenti
sportivi. Sadattant fatt importanti għall-klabb tagħna
hu li wara erba’ staġuni ta’ ħidma kbira u suċċessi
sportivi u ammnistrattivi, b’mod konsenswali ntemmet
l-avventura tal-Kowċ Malti Jesmond Zammit. Żgur li
l-klabb tagħna, apparti li ser jitlef is-servizzi tas-Sur
Zammit bħala kowċ, ser jitlef ukoll mil-lat uman u
amministrattiv. Grazzi kbira tmur għal dan il-kowċ talgħajnuna
kontinwa tiegħu u nisperaw li fil-futur jerġa’
jkun hemm l-opportunità li ż-żewġ partijiet nerġgħu
naħdmu flimkien għall-ġid ta’ Xewkija Tigers F.C. Millbanda
l-oħra n-Nursery taħt it-tmexxija ta’ Josmar Vella
kompliet bil-ħidma regolari tagħha bid-dedikazzjoni
tal-kowċis kollha.
Ħadna ħsieb, minkejja li l-ajruporti fil-maġġor parti
tagħhom huma magħluqa għat-turiżmu li nibagħtu