3
Messaġġ Mis-sinDku Hubert saliba
iL-fESTA T-tAJBA
Għeżież,
Hu ta’ unur u pjaċir kbir għalija li qed nikteb dan ilmessaġġ
f’din ir-rivista bħala sindku tar-raħal tagħna.
Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzjakom talappoġġ
u l-fiduċja u nwiegħed li ser nagħmel l-almu
tiegħi kollu biex nirreċiproka dan kollu.
Għaddiet diġà kważi sena minn meta beda l-kunsill
il-ġdid, sena li fiha ħdimna flimkien u għamilna
pedament sod għall-proġetti illi ser jiġu mwettqa filfutur
qarib. Bħal kull ħaġa oħra x-xogħol preparatorju
li jsir minn wara l-kwinti mhux dejjem ikun jidher, iżda
huwa xogħol importantissimu li jieħu l-kreditu tiegħu
ġaladarba jitlesta l-proġett fit-totalità tiegħu.
Fil-fatt jekk kollox jimxi kif pjanat fis-sena li għandna
quddiemna, fost proġetti oħra ser naraw ix-xogħol
fuq żewġ triqat partikolari li ser jerġgħu jinbnew
mill-ġdid. Dawn huma Triq Santa Elizabetta u Triq
il-Kbira. Dan huwa l-bidu ta’ sensiela ta’ toroq oħra
kemm urbani u kemm rurali li huma pjanati li ser
jinħadmu u jinbnew.
Se nkunu qegħdin naħdmu wkoll fuq iż-żoni u l-ġonna
pubbliċi li jżewqu l-lokalità tagħna, ġonna li mhux
dejjem ingħataw l-importanza li jistħoqqilhom.
L-ewwel proġett li ser naraw il-bidu tiegħu fi żmien
relattivament qasir huwa dak tal-Playing Field fi Triq
il-Ħamrija. Ta’ min isemmi li wħud minn dawn ilproġetti
ser ikunu l-ewwel tax-xorta tagħhom mhux
biss fir-raħal tagħna imma saħansitra ġewwa gżiritna.
F’dan ir-rigward bi pjaċir inħabbar li ġejna magħżulin
mill-Ministeru tal-Enerġija biex il-Playing Field fiżżona
tal-Barmil isir l-ewwel ECO Park f’Għawdex.
Qed nippreparaw ukoll biex il-Playing Field ta’ Ġokk
jinbena mill-ġdid ukoll biex bħall-oħrajn ikun Playing
Field modern u li jixraq.
Bil-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex ser inkunu
f’pożizzjoni li ’l quddiem inħabbru proġetti oħrajn li
ħdimna għalihom u li qegħdin fil-fażi preparatorja.
Jalla l-ħidma tal-kunsill ma tkunx imfixkla missitwazzjoni
preżenti tal-pandemija Covid-19.
Pandemija li sfortunatament għall-ewwel darba
f’għexieren ta’ snin wasslet biex il-festa tant maħbuba
tagħna titħassar. Iżda l-festa apparti li ssir barra u
fil-knisja, issir ġo qalbna wkoll u jekk fi żmien il-festa
jkollna qalbna mħeġġa bl-imħabba kemm għall-
Patrun kif ukoll għar-raħal tagħna, konvint li l-weġgħa
tan-nuqqas ta’ festa tkun ferm u ferm anqas. U konvint
li l-ispirtu festiv xorta jkun magħna u fi djarna fost ilfamilji
għeżież tagħna.
Minn hawn għalhekk f’ismi u f’isem il-kunsilliera sħabi,
is-segretarja u t-tim kollu tal-kunsill lokali nixtiqilkom
il-festa t-tajba mżewqa b’għaqda, imħabba u armonija.
Jalla l-Battista jkompli jkun d-dawl tagħna mhux biss
fil-jiem tal-festa iżda tul is-sena kollha.
Tislijiet
Hubert Saliba
Sindku tax-Xewkija
Is-Sindku, l-Viċi Sindku, l-Kunsilliera kollha
flimkien mal-Amministrazzjoni
tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija,
jawguraw lir-residenti kollha,
il-festa t-tajba!