1
GOURGION 2020
Editur: Mario Xerri Disinn tal-qoxra: Joseph Xuereb
Ritratt tal-qoxra: Joseph Borg Qari tal-provi: Maureen Attard
Mitbugħ: BCD Printing, Victoria - 21551050
il-Werrej
Il-Messaġġ tal-Arċipriet 2
Il-Messaġġ tas-Sindku 3
Il-Ġrajja ta’ Ġwanni bin Żakkarija fil-Qur’ân 4
San Ġwann il-Battista kien Essen? 7
It-twelid ta’ Ġwanni l-Battista u dak ta’ Sidna Ġesù Kristu 11
Ġie jżur biex jifdi 15
San Ġwann Battista jfakkarna fid-deżert 17
Ġwanni l-Battista fl-ikonografija Kristjana 19
Il-Kappillan li fi żmienu nġabet l-istatwa 22
Mastru Pietru Pawl Azzopardi 24
L-istatwa ta’ San Ġwann Battista matul is-snin 29
Inizjattivi pastorali fl-okkażjoni ta’ din is-sena speċjali 33
Fl-okkażjoni tal-175 sena tal-istatwa 34
ta’ San Ġwann Battista
Poeżija: Meta nilmaħ quddiemi xbiehetek 40
Poeżija: Quddiem il-vara ta’ San Ġwann 40
Il-proċess ta’ restawr u konservazzjoni fuq l-istatwa 41
titulari ta’ San Ġwann Battista u fuq il-pedestall tagħha
San Ġwann Battista175 sena fix-Xewkija 47
Poeżija: Vara tat-titular 48
Il-kappella ta’ San Ġwann Battista mir-rapporti 49
tal-viżti pastorali (3)
Il-Programm tal-Festa 51
Mid-djarju tal-parroċċa 53
Għaqdiet Reliġjużi fix-Xewkija:
Għaqda Abbatini Xewkija 60
Azzjoni Kattolika 63
M.U.S.E.U.M. - Sezzjoni Bniet 64
M.U.S.E.U.M. - Sezzjoni Subien 65
Leġjun ta’ Marija 66
Kor Ulied il-Battista 67
Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin:
Soċjetà Filarmonika Prekursur 69
Għaqda Armar Xewkija 71
Għaqda Dilettanti tan-Nar 73
Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin 75
Għaqda Milied Xewkija 77
Radju Prekursur 78
Xewkija Tigers F.C. 79
Xewkija Tigers F.C. Football Nursery 80
Poeżija: Tislima lil Missier u Omm il-Battista 81
L-iskola ta’ raħalna 82
Leħen il-Missjunarju Xewki 83
Pellegrinaġġ Parrokkjali fl-Art Imqaddsa 84
Assoċjazzjoni Rotunda 93
Mogħtija l-midalja għall-qadi tar-Repubblika 95
Mill-Ewwel Ġebla sas-Salib 96
Poeżija: Meta tqiegħed is-salib fuq il-quċċata tar-Rotunda 98
Solennità tat-tberik u tqegħid tas-salib fuq 99
il-koppla tar-Rotunda l-ġdida tax-Xewkija, Għawdex
Kelma mas-Seminaristi 101
Ġanni Magro l-Imprenditur Xewki ta’ Suċċess 102
Tliet Anniversarji 105
Mir-reġistru tal-parroċċa 108
Nifirħu lil... 112
Ġieħ ix-Xewkija 114
Poeżija: Lil San Ġwann Battista 116
Editorjal
Kellha tkun festa speċjali. L-istennija kienet ilha tinbena.
Il-preparazzjonijiet kien ilhom li bdew. Dan kollu biex
infakkru bl-aħjar mod il-175 anniversarju mill-wasla talistatwa
titulari fostna. Bosta kienu l-inizjattivi minn diversi
entitajiet li ttieħdu sabiex fi żmien il-festa kollox ikun lest,
bil-għan li dan l-anniversarju jiġi mfakkar bl-aħjar mod u
jibqa’ mmarkat b’tifkira dejjiema.
Imma “l-fehmiet tiegħi mhumiex fehmietkom u t-triqat
tiegħi mhumiex triqatkom” (Iż 55, 8) jgħid il-Mulej.
Minkejja li nistgħu naħsbu mod ieħor, il-pjanijiet tagħna,
dettaljata kemm huma, huma dejjem relattivi. Però
għall-bniedem tal-fidi, it-toroq tal-Mulej iwasslu lil hemm
minn dawk li nistgħu nimmaġinaw bl-għajnejn u l-imħuħ
limitati tagħna. Forsi ma nifhmux, forsi nagħmlu bosta
mistoqsijiet imma l-Istorja tal-bniedem matul iż-żmien
u l-Iskrittura juruna li l-Mulej kapaċi jdawwar dak li jista’
jidher ikrah f’xi ħaġa ta’ ġid ikbar għall-umanità.
M’hemmx għalfejn ngħidu x’ġara. Kawża tal-virus li ma
jidhirx bl-għajnejn tagħna, li nfirex fi żmien qasir f’dinja
globalizzata, id-dinja stallat. Kollox waqaf, kollox siket,
kollox tbiddel mil-lejl għan-nhar. L-istorbju siket, il-folol
tferrxu, il-bibien inklużi tal-knejjes ngħalqu u l-pjazez
żvjotaw. L-imħabba bdejna nuruha billi nitbiegħdu minflok
nersqu lejn l-għeżież tagħna. Kulħadd inħakem xi ftit jew
wisq mill-biża’ u min jaf kemm mistoqsijiet għamilna.
Xtaqna nifirħu bil-patrun tagħna, xtaqna nfakkru s-sbuħija
u l-għożża li għandna lejn l-istatwa titulari li tant torbotna
miegħu. Dan mhux se jkun possibbli bil-mod li ppjanajna,
imma dan jaf ifisser li din is-sena taf tkun okkażjoni unika
biex nifhmu aktar it-tifsira ta’ festa Nisranija. Jista’ jkun li
din is-sena, iċ-ċirkustanzi jippermettulna aktar li niffokaw
ħarstina fuq ix-xbieha li skolpa b’tant perfezzjoni Mastru
Pawl Azzopardi. Inħallu ħarsitna tmur lil hemm millmeravilja
artistika tagħha, inħalluha tkellem lil qalbna.
Stħajjel lil subgħajn Ġwanni li qed juri lill-Ħaruf t’Alla,
jfakkrek biex tara lil Kristu fil-proxxmu tiegħek.
Stħajjel l-istatwa li kważi tistennieha tkellmek, tfakkrek fi kliem
Ġwanni, tgħidlek biex tagħraf dak li hu essenzjali fil-ħajja.
Nagħmlu kuraġġ, nitolbu lil Ġwanni jinterċedi għalina.
Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Xorta waħda hija festa
speċjali, xorta se tibqa’ mmarkata fl-annali tal-Istorja kif
rifless tant tajjeb fl-artikli ferm interessanti li għandek
issib f’dawn il-paġni. Minkejja li f’dan l-anniversarju mhux
se jkun possibbli li toħroġ fil-pjazza rinovata tiegħek,
għażiż Ġwanni, “ir-rabta ta’ bejnietna li tinħall ma tista’
qatt!” mhux ser tinbidel. Tista’ biss tikber u mhux tiċkien
f’dawn iċ-ċirkustanzi kollha! Hekk jixhdu l-opri kollha li
aħna wliedek komplejna nżejnu t-tempju tiegħek bihom.
Nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd.
Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-kontributuri mhumiex
neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali.
Korrispondenza:
Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġwann Battista, Xewkija.
Tel: 21556793 www.xewkijaparish.org
Email: [email protected]
Gourgion Xewkija Parish