115
Ħidmet iż-Żgħażagħ
Josmar Vella
rebbieħ tal-premju KISBET IŻ-ŻGĦAZAGĦ 2019.
Josmar Vella twieled fid-29 ta’ Jannar 1991.
L-imħabba għar-raħal tiegħu kienet minn dejjem. Tista’
tgħid din nibtet peress li membri mill-familja tiegħu
huma Xewkin u ħadmu f’kumitati fix-Xewkija u kif ukoll
iffurmaw parti mit-tim ta’ Xewkija Tigers.
Ta’ 8 snin beda jilgħab man-Nursery tar-raħal. Fi
ħdan in-Nursery lagħab fis-sezzjonijiet kollha Under
10, Under 12, Under 14 u Under 16 fejn flimkien ma’
sħabu rebaħ darbtejn il-kampjonat U12, darbtejn ilkampjonat
U14, 3 darbiet Knock-Out tal-Under 14 u
Knock-Out tal-Under 16.
Ta’ 15-il sena għamel id-debutt tiegħu mat-tim
tal-kbar ta’ Xewkija Tigers fit-13 ta’ Diċembru 2006.
Sfortunatament dak l-istaġun, Xewkija Tigers sfaw
relegati għat-Tieni Diviżjoni. Però, fis-sentejn fit-
Tieni Diviżjoni ġie mogħti l-premju tal-iżjed plejer
promettenti mill-GFA u rebħu l-kampjonat fl-istaġun
2008/09. Lura fl-Ewwel Diviżjoni, mat-tim ta’ Xewkija
Tigers rebaħ 4 darbiet il-kampjonat tal-Ewwel
Diviżjoni, 4 darbiet it-Tazza GFA, 4 darbiet il-GFA
Super Cup, darbtejn it-tazza Knock-Out, darba t-Tazza
Indipendenza u darba t-Tazza Jum il-Ħelsien. Mingħajr
dubju l-aqwa staġun għal Josmar Vella kien dak
2011/12 fejn Xewkija Tigers rebħu l-unuri kollha li offra
l-futbol Għawdxi fi staġun wieħed.
Minbarra l-irwol ta’ plejer, Josmar Vella hu wkoll
amministratur tan-Nursery tax-Xewkija Tigers, kowċ
tat-tim ta’ taħt il-11-il sena u assistent kowċ mat-tim
tal-kbar. Fin-Nursery ilu involut għal dawn l-aħħar 10
snin. Dawn l-irwoli dejjem qdiehom fuq bażi volontarja
fi żmien li l-volontarjat speċjalment fil-futbol naqas
b’mod tremend.
Josmar għandu għal qalbu l-festa tal-patrun tagħna
San Ġwann Battista. Ilu għal dawn l-aħħar ħames
snin membru fil-Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin.
Preżentament għandu l-irwol ta’ segretarju fi ħdan il-
Kumitat. Minbarra hekk, jirrappreżenta lil dan l-istess
Kumitat fil-Kumitat Ċentrali tal-Festa.