112
Nifirħu lil...
Gradwati
Ġodda
Dr ritianne Buhagiar
Doctor of Medicine & Surgery
Chantelle Cauchi
Masters in Notarial Studies
(Melit.)
Francine Cauchi
Bachelor of Commerce (Hons)
in Banking and Finance
jevon Muscat
B.A. French & Psychology
Higher Diploma in Psychology
Stephanie Spiteri
B.Com. (Hons) Banking
and Finance
julia Tabone
B.A. (Hons) Geography
Hayley Xiberras
B. Sc (Hons) Sport
and Physical Activity
Mons. Eddie Zammit
Nifirħu lil Dun Eddie Zammit li aktar kmieni din is-sena ġie maħtur Monsinjur tal-Katidral.
Dun Eddie kien l-ewwel editur ta’ din ir-rivista Gourgion li bdiet toħroġ minn grupp ta’
studenti Xewkin fl-1972.
Huwa ġie ordnat saċerdot nhar il-25 ta’ Ġunju 1983. Wara l-ordinazzjoni għadda snin fil-
Parroċċa ta’ Santa Lucia Ruma fejn qeda l-ministeru ta’ Viċi-Kappillan. F’dan iż-żmien għamel
ukoll studju għand il-Paolini dwar Mass Media u kiseb liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali mill-
Università Lateransi. Lura Malta fl-1989 ġie maħtur Rettur u Direttur taċ-Ċentru Pastorali
Ragħaj it-Tajjeb fiż-żona taċ-Ċawla l-Belt Victoria fejn għadu hemm sal-lum. Barra din ilħidma
kien ukoll Segretarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ u f’dak iż-żmien kienet responsabbli
mil-laqgħa mal-Papa San Ġwanni Pawlu II maż-żgħażagħ f’Ta Qali fl-1990. Iktar tard ġie
maħtur l-ewwel Direttur fiċ-Ċentru Mass Media Lumen Christi li Mons. Cauchi inawgura
fl-1992. F’din il-kariga organizza flimkien ma’ Dun Anton Sultana l-uffiċċji tal-Lumen Christi
Publications, dawk tal-Ħajja f’Għawdex kif ukoll il-programmi minn Għawdex fuq Radio
RTK. Kien u għadu direttur tal-Media Centre Malta llum Beacon Ltd sa mit-twaqqif tagħha.
Fl-2006 nħatar Assistent Personali tal-Isqof Mario Grech. F’din il-kariga għen għar-riforma
amministrattiva tad-Djoċesi u ħadem ma’ oħrajn fost inizjattivi oħra biex jinstabu mezzi
ġodda għas-sostentament tal-Kleru Djoċesan. Ġie maħtur Monsinjur Kuġitur f’Diċembru
tal-2019 u Monsinjur effettiv f’Jannar tal-2020.
Dun Ġużepp Camilleri | 60 Sena Saċerdot
Nifirħu lil Dun Ġużepp Camilleri f’għeluq s-sittin anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali
tiegħu. Huwa kien ġie ordat saċerdot nhar it-2 ta’ April 1960 fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt
Victoria mill-Isqof Ġużeppi Pace.
Wara li serva għal snin twal fl-Istati Uniti tal-Amerika, flok ġie jirtira f’raħal twelidu fostna,
reġa’ mar beda mill-ġdid fil-Gwatemala biex ikun missjunarju fejn, ta’ 85 sena - iccekja, għadu
jservi fil-Knisja ta’ Santo Tomas f’Jalpatagua, Jutiapa. Ħaġa ferm għal qalbu huwa l-isptar San
Juan Bautista li bena flimkien ma’ ħafna benefatturi u li llum qed jipprovdi l-fejqan lil bosta.
Barra din il-missjoni fl-isptar, jinsab f’parroċċa fejn il-preżenza ta’ saċerdot hi ferm meħtieġa.