Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 43

41
Fin-nofs ta ’ nhar ta ’ filgħodu aħna mistednin immorru nagħtu d-demm fl-Isptar Ġenerali ta ’ Għawdex bħala att ta ’ karità f ’ din is-Sena tal-Ħniena .
It-Tnejn 20 ta ’ Ġunju , il-ħames jum tan-Novena : Jum l-Għaqdiet tal-parroċċa
5.30pm
7.00pm :
Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Mikiel Xuereb , bis-sehem tal-Għaqdiet reliġjużi u ċivili tal-parroċċa . Inawgurazzjoni tal-Pjazzetta u Exhibition Hall fi Triq Santa Katerina , mill-Onor . Dr . Anton Refalo , Ministru għal Għawdex . Wara jsir ukoll il-ftuħ tal-Wirja ” Ħidmietna ” fil-Każin tal-Banda Prekursur , imtella ’ mill-Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin f ’ għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tal-istess Kumitat .
9.30pm Marċ mill-Banda Viżitazzjoni tal-Għarb , bl-istatwa ta ’ San Ġwann Battista ( 2004 ). Ilmarċ jibda minn Pjazza San Ġwann Battista u jgħaddi minn Triq l-Indipendenza , Triq il- Mitħna , Triq il-Ħamrija , Triq Santa Katerina , sa ħdejn il-pjazzetta ta ’ Triq il-Kbira . Wara l-istatwa tittella ’ fuq il-pedestall .
It-Tlieta 21 ta ’ Ġunju , is-sitt jum tan-Novena : Jum il-voluntiera tal-parroċċa
5.30pm
9.00pm
Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Ġwann Mizzi b ’ talb speċjali għall-voluntiera kollha tal-parroċċa . Programm Vokali u Mużikali mill-Banda Prekursur taħt id-direzzjoni ta ’ Mro . Anthony Borg , fejn jindaqq l-Innu l-Kbir “ La Natività di San Giovanni Battista ” bis-sehem tal- Baritonu , tat-Tenur u tas-Sopran u l-Kor tal-Banda . Il-Programm ser isir fi Triq Santa Katerina , ħdejn il-Każin tal-Banda . Fi tmiem il-Programm jiġi inawgurat proġett ġdid mill-Kumitat taż-Żgħażagħ Brijużi Xewkin f ’ għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tiegħu . Wara jsir riċeviment għall-mistednin distinti u l-bandisti fil-Każin tal-Banda .
L-Erbgħa 22 ta ’ Ġunju , l-ewwel jum tat-Tridu : Jum il-vokazzjonijiet
7.30pm
9.30pm
Konċelebrazzjoni solenni tal-ewwel jum tat-Tridu mmexxija minn Dun Joseph Grima . Jipprietka Dun Simon Cachia . Wara Kurunella , Antifona u Barka Sagramentali mill-Kan . Eddie zammit . Ikun hemm servizz ta ’ qrar . Marċ mill-Banda Prekursur li jibda minn Triq il-Ħamrija , Triq Widnet il-Baħar , Vjal il-Labour , Triq Babisku għal Triq il-Ħamrija . L-istatwa ta ’ San Ġwann Battista ( 1912 ) tittella ’ fuq ilpedestall ħdejn l-Iskola Primarja Roża Magro .
Il-Banda Prekursur qed tagħti s-sehem tagħha f ’ dan il-marċ fl-okkażjoni tal-ħmistax-il anniversarju mill-bidu tal-istess marċ . Wara jkun hemm wirja ta ’ ħruq tan-nar tal-art .
Il-Ħamis 23 ta ’ Ġunju , it-tieni jum tat-Tridu : Jum il-morda
9.00am
7.30pm
9.30pm
Quddiesa għall-anzjani mmexxija minn Dun Ġwann Attard , li fiha jingħata s-sagrament tad- Dilka tal-Morda . Wara jkollhom refreshments mill-membri tal-Azzjoni Kattolika . Konċelebrazzjoni solenni tat-tieni jum tat- Tridu mmexxija minn Dun Ġużepp Camilleri . Jipprietka Dun Simon Cachia . Wara Kurunella , Antifona u Barka Sagramentali minn Dun Franklin Vella . Ikun hemm servizz ta ’ qrar . Marċ grandjuż u uniku mill-Banda Prekursur tax-Xewkija u l-Banda San Girgor ta ’ Kerċem li jibda minn ħdejn il-Kappella tal-Ħniena fi Triq San Bert , għall-Pjazza San Ġwann Battista . Fil-pjazza jintwera feature dokumentarju dwar il-parrokat tal-Arċipriet Mons . Carmelo Mercieca u mbagħad il-marċ jispiċċa fi Triq San Żakkarija fejn l-istatwa ta ’ San Ġwann iż-Żgħir ( 1945 ) tittella ’ fuq il-pedestall .
Il-Ġimgħa 24 ta ’ Ġunju , it-tielet jum tat-Tridu : Solennità tat-Twelid tal-Battista
7.30pm
9.30pm
Konċelebrazzjoni solenni tas-solennità liturġika ta ’ San Ġwann Battista , immexxija minn Mons . Alfred Grima . Jipprietka Dun Simon Cachia . Wara Kurunella , Antifona u Barka Sagramentali minn Dun Trevor Sultana . Ikun hemm servizz ta ’ qrar . Marċ tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija flimkien mal-Banda Mnarja tan- Nadur bl-istatwa ta ’ San Ġwann jgħammed lil Kristu ( 1930 ). Il-marċ jibda minn Pjazza San Ġwann Battista u jkompli fi Triq San Żakkarija , Ein Karem , il-Ħelsien , il-Kbira , Santa Katerina , il-Ħamrija , Indipendenza . Il-marċ jintemm fi Pjazza San Ġwann Battista fejn l-istatwa tittella ’ fuq il-pedestall .
Is-Sibt 25 ta ’ Ġunju , lejlet il-festa : Jum l-emigranti
9.30am Quddiesa li fiha jsir il-kant tat-Te Deum b ’ radd il-ħajr lil Alla .
12.30pm Kollegament mal- emigranti Xewk in f ’ Melbourne , l-Awstralja , permezz ta ’ Radju Prekursur , 99.3 FM Stereo .
3.30pm Tiġrija Tradizzjonali organizzata mill-Kumitat tat-Tiġrija fi Triq l-Imġarr , bis-sehem ta ’ bhejjem minn Malta u Għawdex . 7.00pm Marċ mill-Banda Prekursur minn ħdejn il-