40 programm tal-Festi f ’ ġieħ San Ġwann Battista
fil-knisja arċipretali Rotunda tax-xewkija , Santwarju djoċesan u Sede Spiritwali tal-ordni Sovran tal-kavallieri ta ’ Malta , fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena
16 - 26 ta ’ Ġunju 2016
Il-Ħamis 16 ta ’ Ġunju , id-disa ’ Ħamis ta ’ San Ġwann u l-ewwel jum tan-Novena : Jum iż-żgħażagħ
7.30am :
5.30pm
8.30pm
9.30pm
L-Arċipriet imexxi Quddiesa għand is-Sorijiet Klarissi , ir-Rabat , b ’ talb speċjali għall-parroċċa tagħna . Kulħadd mistieden . Quddiesa tal-aħħar Ħamis ta ’ San Ġwann bissehem tat-tfal u l-ġenituri , immexxija minn Dun Anthony Bajada . Matul il-jiem tan-Novena jinġabru offerti bħala għajnuna fil-Proġett Merħba organizzat mid-djoċesi ta ’ Għawdex biex nilqgħu fostna grupp ta ’ adoloxxenti u żgħażagħ mill-Iraq . Velja ta ’ Talb immexxija miż-żgħażagħ . Waqt il-Velja jsir il-ħruġ tal-istatwa artistika ta ’ San Ġwann Battista min-niċċa . Id-diversi kumitati marbuta mal-festa joffru bukkett fjuri lil San Ġwann bħala att ta ’ qima . Fi tmiem il-Velja tingħata l-Barka Sagramentali . Ikla tal-festa quddiem il-ħanut taċ-Ċali fi Triq il-Knisja , organizzata mill-Għaqda tan-Nar . Ikun hemm live music mill-Grupp Cash & Band
Il-Ġimgħa 17 ta ’ Ġunju , it-tieni jum tan-Novena u Jum il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda : Jum il-benefatturi
7.15am Tibda ġurnata adorazzjoni quddiem Ġesù
Ewkaristija għall-bżonnijiet tal-parroċċa biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa .
5.30pm Konċelebrazzjoni solenni tal-anniversarju tal- Konsagrazzjoni tal-Knisja Rotunda , immexxija minn Dun George Mercieca . Isir talb speċjali għall-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa . 9.00pm Ikla tal-festa fil-pjazzetta ta ’ Triq il-Kbira .
Is-Sibt 18 ta ’ Ġunju , it-tielet jum tan-Novena : Jum it-tfal u l-adoloxxenti
9.00am : Quddiesa għat-tfal u wara ssir attività għalihom fil-Mużew tal-Iskultura bis-sehem ta ’ Ġożi l-Buffu ( Dun Brian Gialanze ) u Glen the Magician . Fi tmiem l-attività jkollhom refreshments .
6.30pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-E . T . Mons . Mario Grech , Isqof ta ’ Għawdex , li fiha jamministra s-sagrament tal-Konfirmazzjoni lil grupp ta ’ adoloxxenti mill-parroċċa tagħna .
Il-Ħadd 19 ta ’ Ġunju , ir-raba ’ jum tan-Novena : Jum il-familja
8.30am
Quddiesa solenni bis-sehem tal-familji talparroċċa , immexxija minn Dun John Meilak . Fi tmiem il-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal żgħar lil San Ġwann Battista .