Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 78

76
Wasalna fl-aħħar jiem tax-xahar ta’ Mejju. Is-sena skolastika waslet biex tintemm. Matulha kellna esperjenzi diversi li żgur li lkoll kemm aħna tgħallimna minnhom.
Għamilna kull ma stajna sabiex inwettqu l-miri tagħna li dejjem iffukaw fuq il-provvediment ta’ tagħlim ħolistiku għal kull tifel u tifla. Ħdimna lkoll flimkien, f’ parametri ta’ fiduċja f’ xulxin u b’ rispett lejn xulxin, sabiex inwettqu dan il-għan aħħari tagħna, jiġifieri li ntejbu tagħlim ta’ kwalità għat-tfal tagħna. Dan it-tip ta’ tagħlim ikompli jkabbar u jiżviluppa l-ħiliet, talenti, kapaċitajiet, u attitudnijiet pożittivi lejn it-tagħlim, f’ kull tifel u tifla. Ċertament dan l-iżvilupp jippromwovi u jsaħħaħ il-potenzjal globali ta’ kull tifel u tifla, bi preparazzjoni għal tagħlim wiesa tul ilħajja. Żgur mhux forsi li tali tagħlim ser igħin lit-tfal tagħna sabiex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol li kontinwament qed tinbidel teknoloġikament u xjentifikament. Dan it-tibdil jirrikjedi t-tkabbir ta’ ħiliet u kapaċitajiet partikulari fittfal tagħna.
Ir-riżorsi li xtrajna, u li ġew donati lilna kemm min-naħa tad-Direttorat tas-Servizzi tal-Istudenti, mill-Prinċipal tal-Kulleġġ, is-Sur Victor Galea, kif ukoll mingħand
is-Sindku tar-Raħal, is-Sur Paul Azzopardi, provdew esperjenzi ta’ tagħlim kurrikulari. L-opportunitajiet għal iktar esperjenzi ta’ tagħlim li ħloqna għat-tfal kemm fil-klassi, u kemm barra fil-komunità lokali u mhumiex, kif ukoll tagħlim għall-ġenituri, huma xhieda ċara ta’ kemm stinkajna sabiex inwettqu l-miri tagħna. Wara kull esperjenza, it-tfal ġew imħeġġa sabiex jirrakkuntaw f’ rapporti, jew jiddiskrivu l-esperjenzi li ggwadanjaw f’ komponimenti, li nqraw fl-assemblea ta’ kull filgħodu. L-involviment tagħhom f’ diskussjonijiet anke fuq kelma jew frażi, jippromwovu l-ħiliet kreattivi u analitiċi tagħhom, hekk kif jiskopru l-kapaċitajiet tagħhom. Dawn il-ħiliet, żgur li mhux forsi, igħinuhom ikabbru l-awtonomija tagħhom fit-tagħlim, apparti li jiskopru t-talenti moħbija tagħhom. Mingħajr opportunitajiet diversi li jghinu lit-tfal iħaddmu l-kapaċitajiet tagħhom, it-talenti tagħhom jibqgħu moħbija.
Kif igħid awtur anonimu:“ Help students discover their special gifts when others may overlook hidden talents.”
U dan huwa l-għan tagħna, l-istess kif isostni Kahlil Gibran: