75
Leħen l-Għaqdiet Reliġjużi
MUSEUM
Sezzjoni Bniet
Maria Vella, Superjura
Mitt Sena ta’ Grazzji
Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Din is-sena l-qasam
tagħna tax-Xewkija se jagħlaq mitt sena li nfetaħ, għalhekk
ħsibt li ngħidilkom l-istorja ta’ kif beda u minn min.
L-istorja tal-qasam
Is-SinjurAlla għoġbu jinqeda b’xebba Maltija li kienet
toqgħod fir-raħal tax-Xewkija biex jinfetaħ qasam fl-istess
raħal. Kienet Iżallina Maruerat li, konvinta mill-ġid spiritwali
li kien qed isir fl-erwieħ f’dawk in-naħat fejn diġà kienet
qed topera s-Soċjetà, xtaqet li x-Xewkija jkollha l-istess xorti.
Iżallina għamlet ħilitha kollha biex jinfetaħ qasam fix-Xewkija.
Talbet u reġgħet talbet lill-Arċipriet ta’ dak iż-żmien, Dun
Anton Aquilina u saħansitra marret hi personalment għand
l-isqof li kien Monsinjur Giovanni Maria Camilleri.
Fid-19 ta’ Jannar 1992 sar it-tberik u t-tqegħid tal-ewwel
ġebla u bl-għajnuna ta’ Alla u tal-benefatturi ix-xogħol mexa
b’ritmu tajjeb. Il-post inbena u ġie miftuħ u mbierek millIsqof Cauchi fit-13 ta’ April 1996, sena li nzertat is-sena
internazzjonali tat-tfal. Ma setax jingħata rigal isbaħ lir-raħal
tax-Xewkija għal din l-okkażjoni. Ta’ min jgħid li din kienet
l-ewwel darba li s-sezzjoni femminili tas-Soċjetà f’Għawdex
bniet qasam ġdid fuq l-art li ġiet akkwistata għal dan l-għan.
Sa mill-bidu, fil-qasam tax-Xewkija kien hemm numru
sabiħ ta’soċji u tfal. Il-qasam kien dejjem attiv, b’numru ta’
klassijiet tad-duttrina għat-tfal, sajdiet u attivitajiet oħra.
Matul is-snin inkorporaw diversi soċji. Fil-mument hemm
disa’ soċji, għalkemm mhux kollha jagħtu l-kontribut sħiħ
tagħhom fil-qasam. Qed jattendu mal-mitejn tifla.
Jalla din id-dar tibqa’ tkun forġa ta’ mħabba fejn jinqered
id-dnub. Jalla din ix-xitla li ħawwel il-Mulej fir-raħal tagħna
mitt sena ilu, tkompli tikber u tagħti l-frott bil-kotra.
Il-permess biex jinfetaħ il-qasam ġie mogħti f’Ottubru
tas-sena 1915 u l-qasam kien miftuħ fl-1 ta’ Novembru talistess sena. L-ewwel superjura li ġiet delegata t-tmexxija
tal-qasam kienet Marija Vella (Taċ-Ċattu). Minn żmien
is-superjura Marija ’l hawn kien hemm biss tliet superjuri
oħra li f’idejhom ingħatat it-tmexxija tal-qasam, jiġifieri
s-superjura Carmela Xuereb (tal-Lanċa), Mary Jane Xuereb
(ta’ Saminu) u fil-preżent qed tmexxi Marija Vella.
Konklużjoni
Jixraq li nfakkru din l-istorja sabiħa li min jaf kemm
grazzji niżlu mis-sema u ġid fuq ix-Xewkija. Issa sabiex dan
il-ġid ma jispiċċax hawn, għeżież ġenituri, hemm bżonn ilkoperazzjoni tagħkom. L-ewwelnett li tibgħatu lil uliedkom
u ma tibdlux il-ħin tad-duttrina ma l-ebda attività oħra. Ittieni, għandna l-ħsieb li nagħmlu xi attivitajiet speċjali għal
Ottubru u Novembru u għalhekk nixtiequ li fis-sajf tibqgħu
ġġibuhom meta ngħidulkom biex nippreparaw. Il-program
nibgħatuh aktar tard.
Bħal dejjem nixtieq nirringrazzjakom tal-koperazzjoni u
l-fiduċja li dejjem urejtu fina u tal-għajnuna finanzjarja li
qatt ma naqset minn naħa tagħkom. Grazzi ta’ kollox. San
Ġwann u l-qaddis fundatur tagħna, San Ġorġ ibierku lil familji
Xewkin kollha.
L-ewwel ċerimonja tal-Kandidati saret f’Awwissu 1916 u
l-ewwel Inkorporazzjoni saret fl-24 ta’ Ġunju tal-1917. Iddar kienet qed qed tintuża bħala qasam kienet f’numru 22,
Triq Santa Katerina. Din id-dar kienet inxtrat mill-mibki Dun
Franġisk Debono u dan meta miet, ħalliha b’wirt lis-Soċjetà.
Maż-żmien, ix-Xewkija bdiet tikber u l-familji residenti
żdiedu. Il-lokal tal-qasam sar żgħir wisq biex jilqa’ fih innumru ta’ tfal li kien hemm u għalhekk beda jinħass il-bżonn
ta’ dar akbar. Biex jintlaħaq dan il-għan, il-kapitlu tal-Katidral
ta’ Għawdex ta lis-Soċjetà biċċa art kbira fi Triq l-Għarus.
Biex ġiet akkwistata din l-art, għenu ħafna l-Eċċ. Tiegħu
Mons. Nikol Cauchi u l-Arċipriet Mons. Carmelo Mercieca.
L-aħħar laqgħa li saret fil-Qasam.