3
Messaġġ mis-Sindku Paul Azzopardi
Għeziez Xewkin,
Għaddiet sena oħra u erġajt qed nikteb dan il-messagg fi żmien
il-festa tal-patrun tagħna San Ġwann Battista, li din is-sena qed
infakkru il-170 sena mill-miġja tal-istatwa tiegħu fil-parroċċa
tagħna.
Matul is-sena l-Kunsill kellu sena impenjattiva ħafna b’diversi
xogħolijiet u attivitajiet. Fosthom qed isiru upgrading talplaying fields, tlesta l-proġett fi Ġnien ta’ Blankas u l-latrina talpjazza dalwaqt tiġi inawgurata. Għalkemm kien hemm diversi
diffikultajiet li l-Kunsill ma kellux kontroll fuqhom, wara diversi tentativi għandi pjaċir
ngħid li kien hemm qbil bejn il-partijiet kollha biex ix-xogħol jitlesta fix- xhur li ġejjin.
Din is-sena l-Kunsill ser jerġa’ jorganizza l-Fiori d’Argenta fit-13 u l-14 ta’ Ġunju. Nappella
lir-residenti kollha biex jattendu dawn l-attivitajiet li jiġu organizzatti.
Nirringrazzja lil sħabi l-Kunsilliera, lis-Segretarja Eżekuttiva u lill-ħaddiema kollha talKunsill. F’dawn il-jiem tal-festa, ringrazzjament speċjali jmur lil kull min jagħti s-sehem
tiegħu biex il-festa tagħna tkun suċċess. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil Dr Monica Vella
tas-servizz li tat lir-raħal tagħna matul is-snin u jien flimkien ma sħabi l-kunsilliera
nawgurawlha fil-ħatra l-ġdida tagħha.
Filwaqt illi nselli għalikom, f’ismi bħala sindku tax-Xewkija u f’isem sħabi l-kunsilliera
nawguralkom il-festa t-tajba.
Viva San Ġwann il-Battista.
Paul Azzopardi
Sindku
Ħajr
yy Ħajr lill-Onor. Dr Anton Refalo, Ministru għal Għawdex li fuq l-iniżjativa tiegħu saret
l-installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl tal-Koppla.
yy Ħajr lil Dr Ray Bondì, ċittadin onorarju ta’ Ragusa għall-kuntatti tiegħu mal-belt ta’
Ragusa biex il-Miġja tar-Relikwija saret possibbli.
yy Ħajr lis-Sindku is-Sur Paul Azzopardi u l-Kunsillieri flimkien mal-istaff tal-Kunsill
Lokali għall-ħidma tagħhom fit-tħejjijiet għall-festa.
yy Ħajr lill-kleru u lill-Kumitati kollha u lill-Banda Prekursur għall-ħidma kontinwa
tagħhom.