Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Page 44

42 7:00pm 9:30pm Ftuħ ta’ Wirja bit-tema“Inċiżjonijiet”, fil-Każin tal-Banda Prekursur. Wirja ta’ Inċiżjonijiet antiki dwar San Ġwann Battista. Il-ftuħ isir mill-Onor Dr Anton Refalo, Ministru għal Għawdex. Marċ mill-Banda Prekursur bl-istatwa ta’ San Ġwann Battista. Il-marċ jibda minn Pjazza San Ġwann Battista u jgħaddi minn Triq l-Indipendenza, Triq il-Mitħna, Triq il-Ħamrija, Triq Santa Katerina, sa ħdejn il-Pjazzetta ta’ Triq il-Kbira. Wara l-istatwa tittella’ fuq ilpedestal. Il-Banda Prekursur iżżanżan sett ta’ marċi ġodda. It-Tlieta 16 ta’ Ġunju: Is-Sitt J um tan-Novena. Lejlet il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Jum ir-Reliġjużi, Patrijiet u Sorijiet Xewkin Ħajjin u Mejtin 5:30pm F’din is-sena ddedikata lill-Ħajja Kkonsagrata, Mons Arċidjaknu Giovanni B Gauci ser imexxi konċelebrazzjoni flimkien mar-rappreżentanti tal-Ordnijiet Reliġjużi. Il-quddiesa tkun animata mis-Sorijiet. Sister Marina Said, tal-Ordni Agostinjan, tfakkar il-50 anniversarju mill-professjoni solenni ta’ ħajja kkonsagrata. 9:00pm Programm Vokali u Mużikali mill-Banda Prekursur taħt id-direzzjoni ta’ Mro Anthony Borg, fejn jindaqq l-Innu l-Kbir “La Natività di San Giovanni Battista” bis-sehem talBaritonu, tat-Tenur u tas-Sopran u l-Kor tal-Banda. Il-programm ser isir fi Triq Santa Katerina, ħdejn il-każin tal-banda. Wara jsir riċeviment għall-mistednin distinti u l-bandisti fil-każin. L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju: L-Ewwel Jum tat-Tridu u Jum il-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin tar-Rotunda. 7:30pm Konċelebrazzjoni Solenni. Jippriedka l-W Rev Kappillan Anton Galea Scannura. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikun hemm servizz ta’ qrar. 9:30pm Marċ mill-Banda Ite Ad Joseph tal-Qala li jibda minn Triq il-Ħamrija, Triq Widnet il-Baħar, ikompli għal Vjal il-Labour, Triq Babisku għal Triq il-Ħamrija. L-istatwa ta’ San Ġwann Battista (1912), tittella’ fuq il-pedestal ħdejn l-Iskola Roża Magro. Wara jkun hemm wirja ta’ ħruq tan-nar tal-art. Il-Ħamis 18 ta’ Ġunju: It-Tieni Jum tat-Tridu Jum l-Antenati Tagħna Xewkin 9:00am Quddiesa għall-anzjani u Dilka tas-Sagrament tal-Morda. Wara refreshments mill-Azzjoni Kattolika. 7:30pm Konċelebrazzjoni Solenni. Jippriedka Mons Girgor Grech. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikun hemm servizz ta’ qrar. 9:30pm Marċ grandjuż u uniku mill-Banda Prekursur tax- Xewkija u l-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem li jibda minn ħdejn il-Kappella tal-Ħniena fi Triq San Bert, għall-Pjazza San Ġwann Battista. Jintwera feature dokumentarju “Saħħartna bi Ġmielek – 170 Sena mill-wasla tal-istatwa ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija.” Il-marċ jispiċċa fi Triq San Żakkarija fejn l-istatwa ta’ San Ġwann iż-Żgħir (1945) tittella’ fuq ilpedestal. Il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju: It-Tielet Jum tat-Tridu Jum il-Voluntieri Kollha tal-Parroċċa 7:30pm Konċelebrazzjoni Solenni. Jippriedka Patri Robert Grech Tereżjan. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikun hemm servizz ta’ qrar. 9:30pm Marċ mill-Banda San Girgor ta’ Kerċem minn ħdejn il-każin għall-pjazza, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni tassurmast Mark Gauci. 9:30pm Marċ tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija bl-istatwa ta’ San Ġwann Jgħammed lil Kristu (1930). Jibda minn Pjazza San Ġwann Battista, flimkien mal-Banda La Stella tal-Belt Vittorja. Ikomplu d-Dimostrazzjoni fit-toroq San Żakkarija, Ein Karem, il-Ħelsien, il-Kbira, Santa Katerina, il-Ħamrija, Indipendenza u jintemm fil-Pjazza San Ġwann Battista. Wara l-istatwa tittella’ fuq il-pedestal. Is-Sibt 20 ta’ Ġunju: Lejlet il-Festa. Jum l-Emigranti. Ġurnata ta’ Qrar. 9:30am Quddiesa tat-Te Deum, b’radd il-ħajr lil Alla. 10:30am Prova ġenerali tal-Funzjoni tal-Emigranti. 12:30pm Kollegament mal-emigranti Xewkin flAwstralja permezz ta’ Radju Prekursur, 99.3 FM Stereo. 3:00pm Tiġrija Tradizzjonali organizzata mill-Kumitat tat-Tiġrija fi Triq l-Imġarr, bis-sehem ta’ bhejjem Maltin u Għawdxin. 6:30pm Marċ mill-Banda Prekursur minn ħdejn ilkażin tal-banda għal-pjazza. Jieħdu sehem l-Emigranti Xewkin bl-istandard tal-pajjiż tagħhom. 6:45pm Tluq mill-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena tad-delegazzjoni tal-Katidral ta’ Ragusa bir-Relikwa ta’ Id San Ġwann skortata millmotorcycles. 6:50pm Tluq tad-delegazzjoni tal-Katidral ta' Ragusa bl-Id ta' San Ġwann Battista mil-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena, eskortata bilmotoċiklisti. 7.30pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwija ta’ San Ġwann Battista. Jakkompanjaw il-Kavallieri tal-Ordni Sovran ta’ San Ġwann. Wara Konċelebrazzjoni immexxija mill-Kan. Don Girolamo Alessi. Jippriedka l-Kan Fr Eddie Zammit. Jieħdu sehem attiv l-Emigranti Xewkin blistandard tal-pajjiż tagħhom. 9:30pm Marċ mill-Banda Victory tax-Xagħra, minn Triq