Gourgion Ġunju 2015 - Għadd 57 | Página 43

41 “BOSTA JIFIRĦU FI TWELIDU” Programm tal-Festi Speċjali f’Ġieħ San Ġwann Battista, Mis-5 sal-24 ta’ Ġunju 2015 Fir-Rotunda tax-Xewkija Santwarju Djoċesan u Sede Spiritwali tal-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta’ Malta fl-Okkażjoni tal-170 sena mill-Wasla tal-Istatwa Artistika Il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju: L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. 7:15am Ġurnata Adorazzjoni għas-suċċess spiritwali tal-festa. 8:30pm BBQ fil-Country Terrace l-Imġarr bħala ftuħ tal-festi speċjali. Ikun hemm entertainment minn Spiru Sillato flimkien mal-band tiegħu. Is-Sibt 6 ta’ Ġunju: Lejlet il-Korpus. 7:30pm Lejl Adorazzjoni fil-Mużew tal-Iskultura. 12:00am Quddiesa. Wara, l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal5:30am. 8:30pm BBQ f’Imġarr ix-Xini organizzat miż-Żgħażagħ Brijużi Xewkin.m Ser tintwera live fuq big screen il-Finali taċ-Champions League. Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju: Festa tal-Korpus. 12:00pm Tibda l-Adorazzjoni. 5:00pm Funzjoni tal-Ewwel Tqarbina. Wara, purċissjoni bis-S. Sagrament. L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju: Jum it-Tifkira tat-Tberik talQniepen. 7:30pm Tnedija uffiċċjali tal-pubblikazzjoni:  “ L-Għammiedi - 170 Sena l-Għaxqa taxXewkin”, fil-Mużew tal-Iskultura. Il-Ħamis 11 ta’ Ġunju: L-Ewwel Jum tan-Novena. 5:30pm Quddiesa bl-omelija fl-aħħar Ħamis ta‘ San Ġwann. 7:45pm Youth Mass għaż-żgħażagħ. 9:00pm Ħruġ tal-istatwa artistika ta’ San Ġwann Battista min-niċċa. Qari ta’ poeżiji, talb, kant u kurunella. Wara BBQ kbir quddiem il-ħanut taċ-Ċali organizzat mill-Għaqda tan-Nar fi Triq ilĦelsien. Ikun hemm Live Music mill-Grupp Cash & Band. Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju: It-Tieni Jum tan-Novena. 5:30pm Quddiesa. 7:00pm Tberik tal-pets f’Ta’ Ġokk. 9:00pm Ikla fil-Pjazzetta ta’ Triq il-Kbira. Is-Sibt 13 ta’ Ġunju: It-Tielet Jum Tan-Novena. 5:30pm Ċ e l e b r a z z j o n i t a s - S a g r a m e n t t a l Konfermazzjoni mill-Eċċellenza Tiegħu Mons Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. 8:30pm Fiori d’Argenta organizzat mill-Kunsill Lokali. 9:00pm Feature “170 Sena ta’ Storia mill-Miġja talIstatwa ta’ San Ġwann” fil-Pjazza. Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju: Ir-Raba’ Jum tan-Novena Fiori D’Argenta u Kampanja Għoti tad-Demm 8:45am Giochi Senza Frontiere organizzat mill-Kunsill Lokali. Ikompli Fiori D’Argenta. It-Tnejn 15 ta’ Ġunju: Il-Ħames Jum tan-Novena. Jum it-Tfal 5:30pm Quddiesa għat-tfal tal-iskola u l-familji tagħhom. Issir il-preżentazzjoni tagħhom lil San Ġwann Battista.