29
5. I l-profeta Isaija jindirizza lil diversi
kategoriji ta’ ġnus, il-pagani, jiġifieri dawk
li ma kinux jappartjenu lill-komunità Lhudija.
Fost dawn insibu l-komunitajiet tal-Eġittu,
tal-Etjopja, ta’ Damasku, il-Mowabin, il-Filistin
u dik ta’ Efrajm. Isaija dejjem kellu kliem ta’
twiddib u kastig għal dawn il-komunitajiet li
ta’ spiss kienu jġagħlu lil-Lhud ibatu u jsofru.
Fost il-Lhud kien hemm l-idea li meta jkunu
għaddejjin minn tbatija Alla jkun qed iweġġa’.
Din l-idea hi persistenti minħabba l-idea li
l-Lhud huma l-poplu ta’ Alla; iżda kien hemm
l-idea wkoll li l-kastig tagħhom kien ikun ġej
minn Alla b’riparazzjoni għal dnubiethom.
Fl-Iskrittura dan it-tip ta’ kastig jissejjaħ
‘mediċinali’ ċioè Alla kien jippermetti mumenti
iebsin għal-Lhud fl-istorja biex ipattu ta’
dnubiethom. Alla mhuwiex vendikattiv iżda
Alla kollu ħniena, mogħdrija u paċenzjuż.
Iżda huma kellhom l-idea ta’ Alla li jikkastiga
fejn ikun meħtieġ. Ġwanni wkoll għex
ma’ komunità pagana – ir-Rumani. L-art
imqaddsa, fi żmienu, kienet immexxija millimperu Ruman. Allura dawn il-komunitajiet li
semma’ Iżaija huma simboli tal-figura ta’ Erodi
li qatel lil Ġwanni fil-ħabs. Ir-Rumani kienu
jmorru għand Ġwanni biex jisimgħu l-messaġġi
tiegħu u wara jwassluhom lill-awtoritajiet
ċivili. Hekk ukoll kienu jagħmlu l-fariżej u
l-pubblikani. Jisimgħu ħafna l-leħen ta’ Ġwanni
bla ma jmissilhom qalbhom. Il-messaġġi talBattista lejn dawn il-kategoriji ta’ nies kienu
ċari mill-bidu tal-missjoni tiegħu:
- “Min għandu żewġt ilbiesi jaqsam ma’
min m’għandu xejn, u min għandu x’jiekol
jagħmel l-istess” - lil-Lhud (Lq 3,11).
- “Tissikkaw lil ħadd biex jagħtikom taxxi
iżjed milli jmisskom tieħdu” - lill-pubblikani
(3,13).
- “Tisirqu lil ħadd bit-theddid jew bil-qerq
tagħkom, u kkuntentaw ruħkom bil-paga li
għandkom” - lis-suldati Rumani (3,14).
6. Isaija u Ġwanni lkoll tkellmu, b’xi mod, minn
‘Jum il-Mulej.’ Il-profeta kellu viżjoni fit-tempju
meta ġie msejjaħ minn Alla biex ikun profetamessaġġier tiegħu: “Għax għad ikun hemm
jum għall-Mulej tal-eżerċti, għal kull min hu
kburi u supperv, għal kull min hu merfugħ u
mkabbar; ...” (2,12). Mela l-profeta jirreferi
għal ‘jum il-Mulej’ bħala jum li fih tispikka
l-glorja ta’ Alla. Alla juri l-wiċċ qaddis
tiegħu, u l-bniedem ibaxxi rasu quddiem
Alla: “Tiġġarraf il-kburija tal-bniedem,
u titniżżel is-suppervja tal-bniedem; u
dakinhar jitgħolla waħdu l-Mulej” (Is 2, 17).
Mill-bidu tal-eżistenza tiegħu l-bniedem wera
diżubbidjenza lejn Alla u ssuppervja u ħadha
kontra tiegħu. Il-missjoni ta’ Isaija hi riżultat
ta’ din il-kawża – id-dnub oriġinali – għax Alla
nqeda bih biex iħejji l-poplu għal dan il-‘jum’
tal-biża’ u tal-għaġeb. Ġwanni fittex li jċekken
lilu nnifsu biex jitgħolla Ġesù. Minkejja l-ħeġġa
u l-ħerqa li l-poplu kien jistenna l-Messija
xorta waħda baqa’ m’għarfux, baqa’ passiv lejn
il-leħen ta’ Ġwanni jidwi fid-deżert. Jekk Isaija
tkellem minn ‘Jum il-Mulej’: “Araw, Jum il-Mulej
għad jasal, kiefer, mgħaddab, ħuġġieġa nar
bil-korla, biex jagħmel ħerba mill-art, u jeqred
minnha l-midinbin ... Jien nitħallas mid-dinja
għal ħżunitha, u mill-ħżiena għal ħtijiethom.
Inġib fix-xejn il-kburija tas-suppervi, u n-nies
vjolenti mmidd mal-art ...” (13, 9;11) Ġwanni
nnifsu tkellem mill-Mulej Ġesù: “Il-midra
qiegħda f’idu bi ex iderri l-qiegħa u jiġbor
il-qamħ fil-maħżen tiegħu, imma t-tiben
jaħarqu b’nar li ma jintefiex” (Lq 3,17).
Mela Ġwanni diġà kellu viżjoni ċara ta’ Kristu
Sultan, medjatur, li għad irid jagħmel Ġustizzja
ma’ Alla billi jsawwar dinja ġdida mifdija
b’demmu stess, u li għad isaltan fuq kulħadd.