2022 | Page 95

FESTA 2022
diversi skrapan u ħaddiema tal-ġlud , li fil-Belt kont issib ħafna minnhom fil-parti ta ’ fuq ta ’ Triq San Pawl , jew kif inhi magħrufa n-niżla tal-Mażżri . F ’ Birkirkara l-kwadru ta ’ San Krispin u San Krispinjanu għadu jitgawda hekk kif jinsab fuq il-ġenb tal-lemin tal-korsija tal-knisja .
Fl-1687 , l-Isqof Fra Davide Cocco Palmier kiteb li l-knisja ta ’ San Pawl ta ’ Birkirkara , kellha tliet ħnejjiet fuq ġewwa u kienet ukoll imsaqqfa bixxorok . Dan jurina li l-ewwel knisja ta ’ San Pawl tal-Wied kienet twila madwar 9 metri u lanqas biss kellha sagristija . L-aqwa eżempju ta ’ kif kienet il-knisja ta ’ San Pawl nistgħu neħduh minn akkwarell li sar fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax mir-Reverendu Ingliż , kunjomu Markham . Dan l-akkwarell li juri l-Knisja ta ’ San Pawl tal-Wied , jixhed li din il-knisja kienet knisja medjevali , bis-saqaf għallponta u fuq quddiem juri wkoll li kien hemm kampnar b ’ qanpiena . Kien hemm ukoll tieqa żgħira mal-faċċata u mwieżeb għax-xita ma ’ kull ġenb . Dan kollu juri li din il-knisja kienet tixbah ħafna lill-knisja medjevali ta ’ Sant ’ Andrija li tinsab ħdejn ix- Xarolla . F ’ dan l-istess akkwarell naraw ukoll statwa ta ’ San Pawl fuq pedestall b ’ fanal quddiemha . X ’ aktarx li din l-istess statwa hija l-istess waħda li qiegħda fuq ilfontispizju tal-knisja .
Il-knisja ta ’ San Pawl kif nafuha illum inbniet bejn l-1852 u l-1854 fuq disinn tal-perit bravissimu Giuseppe Bonavia . L-arloġġ fih żewġ kwadranti u sar minn Mikielanġ Sapiano fl- 1891 . Avolja knisja relattivament żgħira , tajjeb insemmu li filkampnar insibu ħames qniepen . Il-pittura titulari hija ta ’ Giuseppe Calleja li turi l-Konverżjoni ta ’ San Pawl , u hija kopja ta ’ dik li hemm fil-knisja tat-Tre Fontane f ’ Ruma . Il-pittura tas-saqaf hija tal-Karkariż Ġużeppi Briffa u saret bejn l-1944 u l-1961 . Il-Professur Briffa pitter , bitteknika imsejħa marouflage , xeni mill-ħajja ta ’ San Pawl . Prinċipalment fl-apside nsibu x-xena ta ’ San Pawl wara n-nawfraġju . Minħabba diversi ħsarat , primarjament mit-tniġġis sforz it-triq traffikuża li tinsab fiha din il-knisja , riċentament ilpittura tas-saqaf ġiet restawrata minn Atelier Del Restauro . Dan ir-restawr tlesta f ’ Jannar tal-2020 . F ’ din il-knisja nsibu wkoll statwa titulari tal-injam li nġiebet minn Bolzano fl-1952 . Din il-vara ħadet post oħra li saret mill-Għawdxi Wistin Camilleri .
Fatt interessanti wkoll huwa li f ’ din il-Knisja kull nhar ta ’ Tnejn , Erbgħa u Ġimgħa għadha tiġi ċċelebrata quddiesa bir-rit Tridentin , jew aħjar fuq rit tradizzjonali Latin .
Il-Knisja ta ’ San Pawl fil-Wied ta ’ Birkirkara tiċċelebra l-festa tagħha Ħadd fuq il-25 ta ’ Jannar .

X ’ rigal dak li Alla tana meta bagħtek fuq din l-art , Sraqt il-qlub tal-Maltin kollha u l-Vanġelu dlonk xandart .

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
95