San Pawl fil-wied Karkariż
Daniel Mangion
Birkirkara hija belt antika , li hija wkoll meqjusa fost l-ikbar f ’ Malta . Minħabba dan f ’ Birkirkara nsibu diversi knejjes sbieħ ta ’ stili u deċenji differenti . Fost l-aktar popolari nsibu dik ta ’ Santa Tereża , San Ġużepp Ħaddiem , Sant ’ Antnin , Sant ’ Elena u dik ta ’ San Pawl .
Balaguer kien ordna lil Gio Maria Gilestri , cioè dak li kien jieħu ħsieb din il-knisja , sabiex jibdel il-kwadru ta ’ fuq l-altar għal wieħed ġdid . Gilestri jidher li kien obda l-ordni mogħtija lilu , tant li l-istess Isqof reġa ’ żar din il-knisja fl-1659 u sab kwadru ġdid fuq l-artal . Dan il-kwadru kien jirrappreżenta lil San Pawl fil-parti ta ’ fuq , waqt li fil-biċċa t ’ isfel kien hemm San Krispin u San Krispinjanu , li huma l-patruni ta ’ dawk li jaħdmu fil-ġlud u l-iskarpani . Ir-raġuni għaliex kien hemm kwadri ta ’ San Krispin u San Krispinjanu , mhijiex waħda kkonfermata . Iżda Monsinjur Vinċenz Borg isemmi li Gio Maria Gilestri , seta ’ kien skarpan , jew seta ’ kien qed jiġi megħjun minn diversi skrapan u nies li jaħdmu fil-ġlud sabiex iwettaq l-ordni li kien tah l-Isqof . Li hu żgur huwa li kien hawn devozzjoni kbira lejn San Krispin u San Krispinjanu , hekk kif fl-1614 , fil-Kolleġġjata Insinji ta ’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta , kienu diġà jeżistu artal u fratellanza ddedikati lil dawn l-aħwa martri . F ’ din il-fratellanza kien hemm
Il-Knisja ta ’ San Pawl , tinsab fi Triq il-Wied ta ’ Birkirkara . Skont dak li ħalla miktub l-Isqof Fra Pawlu Alpheran de Bussan , fis-sena 1728 , din il-knisja nbniet fl-1538 , cioè 8 snin wara l-miġja f ’ Malta tal-Kavallieri ta ’ San Ġwann . Mill-viżta pastorali tal-Isqof Cagliares fl-1615 , tħalla miktub , li l-knisja diġà kienet orjentata kif nafuha llum . Apparti minn hekk quddiem din il-knisja kien hemm ċimiterju , li kien imdawwar b ’ ħajt u kolonna b ’ salib . Aktar ’ il quddiem dan is-salib , li jġib fuqu d-data tal-1611 , tpoġġa fuq l-opramorta ta ’ fuq il-bieb tas-sagristija . Fir-rigward taċ-ċimiterju , jidher li dan ma damx wisq jintuża wara l-1659 , hekk kif dan ma reġa ’ ssemma f ’ ebda dokument ieħor , u x ’ aktarx dan jindika li tneħħa f ’ dan l-istess seklu .
Fil-viżta pastorali li saret fl-1637 mill-Isqof Balaguer Camarasa , f ’ Birkirkara , huwa kien ukoll għamel żjara speċjali fil-knisja ta ’ San Pawl . Waqt din iż-żjara l-Isqof
94
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar