Minbarra li kien għamel żmien jaħdem u jaħraq in-nar għall-festa , anki għall-festa taċ-ċentinarju fl-1960 , Pawlu Mifsud kien jieħu sehem fitteatrini li kienu jsiru fil-każin . Kien jagħti daqqa t ’ id fl-armar tal-knisja u anki ta ’ barra filjiem tal-festa .
Kien devot kbir ta ’ San Pawl , San Ġużepp u l-Madonna tar- Rużarju , tant li kien professat fil-fratellanza tar-Rużarju u sakemm saħħtu kienet għadha ttih qatt ma falla purċissjoni . Fil-festa ta ’ San Pawl , l-aktar ħaġa li kienet tentużjażmah kienet il-mument tal-ħruġ tal-istatwa titulari f ’ jum ilfesta .
Pawlu kien magħruf bħala l-Postman peress li għamel ħafna snin iservi bħala pustier tar-raħal .
Bil-mewt tiegħu Ħal Safi tilef persuna retta u ta ’ valuri sodi .
Anthony Sultana , ex Segretarju tal-Każin Banda San Pawl , li miet fit-28 ta ’ Settembru , 2021 , fl-età ta ’ 72 sena . Huwa kien Segretarju tal-Każin bejn 1998 u 2002 .
Imwieled f ’ Għajnsielem Għawdex , Tony kien ilu ’ l fuq minn 40 sena membru fi ħdan il-komunità Ħal Safija permezz taż-żwieġ tiegħu ma ’ Joyce . Fratell Rużarjan u devot tal- Appostlu Missierna San Pawl sa minn età żgħira , għaliex anki missieru kien Pawlin Belti , kien beda jindokra din l-imħabba Pawlina fi tfulitu meta kien jgħix fi Triq Sant ’ Ursola fil-Belt Valletta . L-imħabba tiegħu lejn ilmaterja elettronika għenitu sabiex ikompli javvanza flistudji tiegħu fejn kien għażel il-professjoni t ’ għalliem u kien baqa ’ jipprattika t-teknika edukattiva tiegħu salaħħar .
Dejjem miftuħ għad-djalogu , Tony kien jirnexxilu jżomm dibattitu ħaj u bbażat fuq prinċipji , fatti u loġika ,
iżda li jieħu f ’ inkonsiderazzjoni l-ideoloġija ta ’ dawk kollha li jkunu qed jipparteċipaw fid-diskussjoni sabiex il-messaġġ jiġi mwassal u miftiehem . Lis-Soċjetà tagħna baqa ’ jħobbha sal-aħħar u baqa ’ jagħti kontribut fillaqgħat ġenerali tagħha .
Il-ħasda tat-telfa tiegħu ħalliet diqa kbira iżda l-memorja tiegħu ta ’ persuna dejjem titbissem u ta ’ valuri sodi tibqa ’ tgħix u tiġi mfakkra permezz ta ’ kull min xi darba jew oħra kellu l-opportunità jsir jaf lil Tony .
Ċikku Zammit , li miet fit-28 ta ’ Diċembru , 2021 fl-età ta ’ 83 . Huwa ta sehem important ħafna biex is-Soċjetà tagħna setgħet tixtri l-estensjoni tal-każin ftit tas-snin ilu .
Ċikku ( magħruf bħala Ċikku ta ’ Ġola ), kien l-iżgħar wild fost sitt ulied , kellu livell tajjeb ta ’ edukazzjoni u kien jittajpja b ’ ħeffa kbira . Kien abbatti u kien membru fil-konfratellanza tar-Rużarju . Kellu ħafna ħbieb għax kien iħobb ikun fil-kumpanija ta ’ sħabu .
Meta spiċċa l-iskola sekondarja daħal jaħdem masservizzi Ingliżi bħala teleprinter f ’ Binġemma . Peresss li kien jaf juża sew it-typewriter , ix-xogħol kien għal qalbu ħafna ..
Fl-1962 daħal mal-korp tal-Pulizija u kien stazzjonat id-Dockyard . Ma damx wisq għax wara ftit xhur inbagħat l-Għassa iż-Zurrieq fejn kien jagħmel ħafna xogħol klerikali . Maż-żmien laħaq surġent imma xorta baqa ’ jservi ż-Żurrieq sakemm spiċċa mis-servizz fl-1992 .
Il-każin ta ’ San Pawl , li originarjament kien parti middar tal-ġenituri tiegħu , kien it-tieni dar tiegħu . L-għaxqa tiegħu kienet li jiltaqa ’ ma ’ ħbiebu fil-każin , filwaqt li jixorbu xi grokk jew il-birra fis-sajf . Kien soċju fil-każin u kien strumentali biex il-każin aktar tard xtara s-sala ta ’ fuq . Meta d-dar ġiet battala madwar disa ’ snin ilu u ġie avviċinat mill-membri tal-każin li kienu interessati li jixtruha , huwa aċċetta l-offerta tagħhom .
Għalkemm ma baqax joqgħod Hal Safi tista ’ tgħid li kuljum kien jitla ’ sal-pjazza jew għand ħutu . Baqa ’ attiv fl-attivitajiet tar-raħal sakemm saħħtu baqgħet tippermetti .
Il-President u l-membri tal-Kumitat tal-Każin Banda San Pawl , Safi jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba kollha ta ’ dawn l-ex membri tas-Soċjetà li taw sehemhom bil-qalb lis-Soċjetà kulmeta kien meħtieġ .
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
79