Niftakru fil-memorja ta ’…
Dun Karm Zammit , Direttur Spiritwali tal- Każin Banda San Pawl għal aktar minn 20 sena , li miet fis-16 ta ’ Frar , 2022 , fl-età ta ’ 82 sena .
Imwieled f ’ Ħal Safi fis-7 ta ’ Lulju , 1939 , Dun Karm kien ordnat saċerdot fil-11 ta ’ Marzu 1967 u serva b ’ dedikazzjoni kbira għal 34 sena bħala viċiparroku fil-Parroċċa ta ’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta u 20 sena oħra fil-parroċċa ta ’ Ħal Safi . Fi żmien li serva fil-parroċċa ta ’ San Pawl fil-Belt , twieldet l-Għaqda tal-Pawlini , il-Fergħa Żgħażagħ Pawlini li tagħha Dun Karm kien Direttur Spiritwali .
Hu kien reġa ’ ġie jservi lura fil-parroċċa ta ’ Ħal Safi fl- 2001 wara l-mewt ta ’ Dun Karm Vella . Serva l-parroċċa b ’ dedikazzjoni kbira sa ma ntlaqat b ’ marda li wasslitu biex jiġi rikoverat fid-Dar tal-Kleru . Madakollu baqa ’ ta ’ kull sena jieħu sehem fil-quddiesa tal-paneġirku f ’ jum il-festa tal-Konverżjoni ta ’ San Pawl .
Fis-snin li għamel iservi fir-raħal tagħna Dun Karm kien strumentali fix-xogħol ta ’ restawr li sar fil-Via Sagra , xogħol ta ’ manutenzjoni fuq il-qniepen tal-kampnar , irrestawr tal-orgni tal-knisja , il-bini mill-ġdid tal-faċċata taċ-ċimiterju , it-tibdil biex l-arloġġ tal-knisja jaħdem blelettriku u l-akkwist ta ’ pjaneti ġodda biex jintużaw filfesta ta ’ San Pawl .
Fl-2017 Dun Karm Zammit ingħata l-Premju Onorefiċenza mill-Kunsill Lokali ta ’ Ħal Safi b ’ għarfien għall-ħidma pastorali tiegħu fir-raħal tagħna .
Micheal Brockdorff li fuq perjodu ta ’ madwar tletin sena ta sehem kbir fil-qasam pirotekniku għall-festa
tal-Appostlu Missierna San Pawl . Huwa miet fit-13 ta ’ Diċembru , 2021 fl-età ta ’ 79 sena .
Il-Mike , kif konna nafuh , kien imprenditur fil-qasam tal-packaging ( xogħol tal-kartun u ppakkjar ) u kien permezz tal-kuntatti li stabbilixxa ma ’ persuni midħla fix-xogħol tan-nar , fosthom Żużu Callus , li kibret fih in-namra għax-xogħol tan-nar . Wara li kien għamel xi żmien jaħdem in-nar ma ’ xi kmamar oħra tan-nar , mat- 30 sena ilu beda dik li kellha tkun rabta kbira ma ’ Ħal Safi , il-festa tal-padrun u l-logħob tan-nar .
Minkejja li saħħtu marret lura , Michael Brockdorff baqa ’ jiġi l-post tan-nar biex anki jżommu miftuħ peress li kellu l-liċenza A .
Huwa kellu wkoll għal qalbu ferm il-festa ta ’ Fatima f ’ Tal-Pietà , fejn kien jgħix . Fil-fatt kien jinvolvi ruħu filkumitat tal-festa u anki kien jieħu ħsieb l-armar u l-ħruq tan-nar fil-jiem tal-festa .
Lil Mike nibqgħu niftakruh u nirringrazzjawh millqalb għas-servizz li dejjem ta b ’ dedikazzjoni anki flaktar żminijiet diffiċli għalih . Grazzi Mike u nibqgħu nitolbu għalik .
Pawlu Busuttil , il-Fokli , li miet fit-28 ta ’ Ottubru , 2021 , fl-età ta ’ 67 sena , wara marda kiefra .
Bħal missieru Pawlu , li kien wieħed mill-fundaturi tal- Każin San Pawl , Pawlu kellu għal qalbu l-Każin Banda San Pawl u mhux biss kien ikun preżenti fil-każin tista ’ tgħid kuljum imma wkoll ta sehmu kull meta meħtieġ .
78
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar
Il-każin kien iħobbu wisq , tant li anki ta kontribuzzjoni ta ’ € 1,000 meta nxtrat l-estensjoni tal-każin . Mhux hekk biss , kien għen meta tkabbar il-bottegin tal-każin u anki naqqax il-ġebla ta ’ barra tal-estensjoni kollha tal-każin .
Huwa jibqa ’ mfakkar bħala persuna sinċiera u tieħu gost titkellem magħha , tant li kien maħbub minn kulħadd . It-telfa tiegħu tibqa ’ tinħass f ’ kull mument .
Pawlu Mifsud li miet fil-21 ta ’ Diċembru , 2021 fl-età ta ’ 90 sena . Huwa kellu rabta kemm mal-każin kif ukoll mal-festa ta ’ San Pawl .