2022 | Page 67

FESTA 2022
( Il-Papa Franġisku jitlob ) O Alla ta ’ ħniena bla tarf , fil-providenza tiegħek talgħaġeb , inti ridt li l-Appostlu Missierna San Pawl iwassal l-imħabba tiegħek lin-nies ta ’ Malta li kienu għadhom qatt ma semgħu bik . Huwa ħabbrilhom il-Kelma tiegħek u fejjaqhom millmard tagħhom .
Meħlusa mill-għarqa , San Pawl u sħabu sabu nies pagani ta ’ qalb tajba li għenuhom jilħqu l-art , li ġabu ruħhom magħhom bi ħlewwa liema bħalha , għax rawhom fil-bżonn tal-kenn , tas-sigurtà u talgħajnuna . Ħadd minnhom ma kien jaf isimhom , minn fejn ġejjin , x ’ kienet il-kundizzjoni tagħhom ; ħaġa waħda biss kienu jafu : kienu fil-bżonn .
Ma kienx hemm ħin għall-argumenti , għall-ġudizzji , għall-għarbiel fin tar-raġuni , għall-użin tal-qligħ ; kien il-waqt li jgħinu ; ħallew kollox minn idejhom u hekk għamlu .
Qabbdulhom ħuġġieġa , Biex jinxfu u jisħnu mill-bard . Laqgħuhom b ’ idejn miftuħa … … u tawhom dar fejn joqogħdu .
( O Alla ) Missier twajjeb … … Ħeġġilna qalbna biex il-kompassjoni tagħna ma tkunx kliem fil-vojt … Bi Kristu Sidna . Ammen
M ’ hemmx dubju li jekk wieħed jaqra sew din ittalba li ħierġa mill-qalb tar-Ragħaj Spiritwali tal-Knisja Universali , wieħed jinnota : a ) Għarfien profond u mhux artifiċjali tal-ġrajja tannawfraġju ta ’ San Pawl kif insibuha fl-Atti tal- Appostli . b ) Għarfien tas-sentimenti tal-komunitajiet Mediterranji , fosthom tagħna , li jinsabu taħt pressjoni kbira minħabba l-fenomenu talimmigrazzjoni . c ) Appell imqanqal għall-valuri tal-kompassjoni , tal-ħniena u tal-karità , kif mitlub mill-impenn u d-dmirijiet tagħna bħala Nsara .

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
67