Iż-żjara tal-Papa f ’ Malta u l-wirt spiritwali li ħallielna
Dun Tony Pace
Fit-2 u t-3 ta ’ April li għadda ( 2022 ) kellna fostna lill- Papa Franġisku . Fiż-żjarat li diversi Papiet għamlu barra mill-Vatikan , l-aġenda tkun dejjem il-ġid komuni u l-ġid spiritwali tal-umanità .
Id-diskorsi tal-Papa dejjem iqanqlu ammont sostanzjali ta ’ kontroversji , diskussjonijiet u argumenti . Il-Papa Franġisku jħobb dejjem , bi kliem studjat u meqjus , jgħinna naħsbu u nirriflettu .
Jiena kont preżenti ma ’ sħabi s-saċerdoti għallquddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana tal-Ħadd 3 ta ’ April . Segwejt ukoll il-kumplament taż-żjara minn fuq il-mezzi tax-xandir .
Jekk hemm xi ħaġa li nammira fil-Papa Franġisku , hija l-kapaċità li għandu biex l-Iskrittura jagħmilha daqshekk rilevanti għall-ħajja tal-lum . Mal-Papa preżenti , il-Kelma t ’ Alla ma tibqax xi ħaġa ta ’ elfejn sena ilu , imma tieħu l-ħajja u tieħu sinifikat qawwi għal żminijietna .
fil-laħam il-ħaj ! F ’ radda ta ’ salib il-mezzi ta ’ komunikazzjoni soċjali ntradmu b ’ kummenti bħal : “ Għax ma jeħodhomx il- Vatikan ” … “ il-Knisja sinjura , tgħinhom hi ” … “ aħna ma nifilħux għalihom ” … “ faċli jpaċpaċ mill-kumdità tal-palazzi tiegħu !” Dawn ir-reazzjonijiet , lili ma ssorprendewnix ! Meta kont ngħallem , niftakar tifel fi skola Sekondarja , li qam u bl-innoċenza kollha qalli , “ Tajjeb , in-nanniet tiegħi , u missieri , għomorhom u żmienhom iħallsu l-bolla , mhux ċajta , il-bolla tammonta għal paga ta ’ xahar , biex ikollna l-benefiċċji soċjali u servizzi adegwati tas-saħħa , imbagħad jiġu dawn l-immigranti illegali u jieħdu l-benefiċċji mingħajr qatt ma ħallsu xejn !”
M ’ hemmx dubju li l-aktar diskussjoni taħraq żviluppat wara li l-Papa żar lill-immigranti fil-Laboratorju tal-Paċi f ’ Ħal Far .
Is-suġġett tal-immigrazzjoni jsaħħan l-irjus u jolqotna
66
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar
Se nikkwota lill-Papa Franġisku stess fuq dan issuġġett . Bħala bażi se nieħu t-talba illi l-Papa għamel fil-Grotta ta ’ San Pawl tar-Rabat . Bħala komunità li għażilna lil San Pawl bħala l-patrun ta ’ raħalna , naħseb illi l-intervent tal-Papa Franġisku ġewwa l-Grotta jakkwista relevanza kbira . Hija talba sabiħa u relevanti għalina l-Ħal Safin . Hawnhekk se nġib biss siltiet mittalba :