2022 | Page 63

FESTA 2022
konsultazzjoni mar-residenti fejn wieħed ikun jista ’ jilqa ’ xi suġġerimenti dwar xi ċaqlieq li jkun possibbli li jsir . Ovvjament il-prinċipju jibqa ’ dak li rridu neliminaw ir-traffiku ‘ in transitu ’ minn ġol-pjazza u dak jibqa ’ fisseħħ . Nittama biss li jkollna tweġibiet pożittivi mingħand Transport Malta .
Apparti minn dan , hemm ippjanat ukoll il-proġett tattisbiħ tal-pjazza . S ’ issa diġà għandna xi pjanti inizjali f ’ idejna li diġà ġew diskussi waqt il-laqgħa tal-Kunsill . Bħala Kunsill se nkunu qed nagħtu priorità liż-żoni pedonali u nixtiequ li parti mill-pjazza ssir spazju miftuħ . Hawnhekk irridu noħolqu kompromess u bilanċ bejn li jkollna pjazza ferm isbaħ , pjazza iktar sigura u pjazza għan-nies u mhux għall-karozzi . Huwa veru li se jkunu qed jintilfu xi ftit żgħira parkeġġi jekk dan il-proġett jitwettaq , però żgur li l-benefiċċju se jkun kbir u żgur li n-nuqqas ta ’ ftit parkeġġi bl-ebda mod m ’ għandu jservi bħala ġustifikazzjoni sabiex dan il-proġett ma jitwettaqx . Dan il-proġett se jkun ukoll qed jiġi diskuss waqt illaqgħa ta ’ konsultazzjoni mar-residenti .
Nagħlaq il-messaġġ tiegħi billi għan-nom tiegħi , ta ’ sħabi l-Kunsilliera u l-Kunsill Lokali kollu , nirringrazzja lill-Kumitat , Kummissjonijiet , u Sottokumitati flimkien mal-voluntiera kollha tal-Każin Banda San Pawl talħidma sfieqa li jwettqu b ’ risq il-festa tal-padrun tagħna San Pawl . Tislijiet mill-qalb u nawgura festa mill-aqwa lir-residenti kollha tar-raħal tagħna .
Viva l-Appostlu Missierna San Pawl !

Il-Kumitat tal-Festa Każin San Pawl jinkoraġġixxi t-tiżjin ta ’ gallariji u bjut fil-ġranet tal-festa .

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
63