2022 | Page 62

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022

Messaġġ mis-Sindku

Johan Mula
Reġa ’ wasal il-mument li nwassal il-messaġġ tiegħi fil-ktieb tal-festa . Din id-darba qed niktbu b ’ iżjed entużjażmu għaliex wara sentejn jidher li finalment se nirritornaw sabiex niċċelebraw il-festa kif konna mdorrijin nagħmlu għal diversi snin qabel faqqgħet ilpandemija . Ma kinux sentejn faċli għall-festi u l-każini tal-baned però issa rridu nħarsu ’ l quddiem sabiex naraw li nerġgħu nqajmu din it-tradizzjoni u wirt kulturali tagħna lura fuq saqajha . Fil-fatt kif kien isir is-soltu l-Kunsill Lokali diġà ltaqa ’ mal-kumitat tal-festa sabiex jara x ’ inhuma l-bżonnijiet u x ’ permessi hemm bżonn b ’ relazzjoni mal-attivitajiet tal-festa . Bħala Kunsill diġà wkoll bdjena nikkoordinaw mal-Kappillan u l-Parroċċa f ’ dak li jirrigwardja l-festa interna u l-purċissjoni blistatwa titulari . Żgur li kulħadd se jkun qed jistenna bilħerqa sakemm tasal l-aħħar ġimgħa t ’ Awwissu !
Qed insemmi l-Parroċċa , kif ilkoll diġà tafu , din issena se tkun partikolari għaliex se tkun l-ewwel festa mmexxija mill-Kappillan il-ġdid il-Kanonku Dun Ivan Scicluna li għadu kif ħa l-pussess tal-Parroċċa tagħna proprju fix-xahar ta ’ Ġunju . Minn hawn nixtieq nawguralu ħidma pastorali mill-aqwa għall-ġid ta ’ raħalna u , flimkien ma ’ sħabi l-Kunsilliera u l-Kunsill Lokali kollu , inwiegħduh il-kooperazzjoni u l-għajnuna meħtieġa fejn dan ikun possibbli , l-istess bħalma dejjem għamilna mal-predeċessur tiegħu .
Ma nistax ovvjament ma nirringrazzjax minn qalbi lill-Kanonku Dun David Farrugia tal-ħidma kbira li wettaq tul is-snin li għamel imexxi l-Parroċċa tagħna . Ir-relazzjoni ta ’ bejni u l-Kappillan David Farrugia kienet waħda mill-aħjar u nistqarr li , hekk kif infurmani bid-deċiżjoni meħuda mill-Kurja li ma kienx se jibqa ’ magħna , ħassejt ċertu diqa għax naf li l-Parroċċa tagħna kienet se titlef mexxej spiritwali li għamel ħafna ġid f ’ raħalna . Fost id-diversi proġetti li ħdimna fuqhom flimkien bħala Kunsill u Parroċċa kien hemm il-ftuħ taċ-Ċentru tad-Dimenzja minflok il-mużew tas-subien l-antik , ir-restawr taċ-Ċentru Parrokkjali u r-restawr tal-Kappella ta ’ Santa Marija . Apparti minn dawn , kien hemm proġetti oħra fosthom ir-restawr tal-istatwa titulari u tal-koppla tal-knisja parrokkjali u diversi proġetti oħra li huma frott il-ħidma li wettaq Dun David u li se jibqgħu jitgawdew minn kulħadd fis-snin li ġejjin .
Għalhekk ma setax jonqos li kien tassew ta ’ unur għalija li kelli l-opportunità li naħdem ma ’ Dun David u ta ’ sodisfazzjon kbir li f ’ Jum Ħal Safi , proprju ftit ġranet biss qabel temm il-ħidma pastorali tiegħu f ’ raħalna , ippreżentajtlu l-ikbar unur tar-raħal cioè l-Premju
62

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022

10 snin Kummissjoni Armar
Onorifiċenza li din is-sena ngħata lil Dun David wara li ġie magħżul mill-bord tal-għażla . Bla dubju huwa premju mistħoqq għall-ħidma sfieqa u ġid kbir li se jħalli warajh . Però kif jgħidu kull bidu għandu t-tmien tiegħu u issa rridu nħarsu ’ l quddiem sabiex flimkien mar-ragħaj spiritwali l-ġdid inkomplu fejn ħalla Dun David u m ’ għandix dubju li anke Dun Ivan se jkun qed imexxi l-Parroċċa tagħna fid-direzzjoni t-tajba bl-għajnuna u l-kooperazzjoni ta ’ kulħadd .
Niġi issa sabiex nagħti ftit informazzjoni dwar xi wħud mill-proġetti li għandhom jitwettqu fir-raħal tagħna u li jinsabu fi stadju ta ’ tħejjija . Proprju bħalissa sakemm qed nikteb dan il-messaġġ għaddejja konsultazzjoni dwar ilproġett ta ’ storm water culverts li se jsiru fi triq l-Iskola u jibqgħu neżlin lejn Triq il-Kuċċard . Dan il-proġett se jkun qed jitwettaq minn Infrastruttura Malta u se jgħin sabiex intaffu l-problema ta ’ ilma li jiġi minn naħa taż- Żurrieq u jispiċċa b ’ għadira kbira fil-pjazza proprju bejn il-każin u l-knisja .
Fl-istess triq l-Iskola u f ’ toroq oħrajn għaddejjin tħejjijiet sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tgħaddi cables tal-elettriku ġodda sabiex issaħħaħ is-sistema ta ’ distribuzzjoni fid-djar tar-raħal tagħna . Irrid ngħid li dawn huma żewġ proġetti li l-Kunsill għamel pressjoni kbira sabiex jitwettqu peress li konna qed nirċievu diversi lmenti speċjalment fejn jikkonċerna l-qtugħ tal-elettriku f ’ ċerti żoni tar-raħal tagħna .
Bħalissa għaddejjin ukoll b ’ konsultazzjoni ma ’ Transport Malta dwar traffic management li wettaqna bħala Kunsill . Kif enfasizzajt diversi drabi l-ħsieb tal- Kunsill huwa li neliminaw it-traffiku li qed jgħaddi millpjazza lejn iż-Żurrieq u nimbuttawh ’ il barra lejn Triq il-Kuċċard . B ’ hekk ikollna inqas traffiku fiċ-ċentru tarraħal tagħna . Ma ’ dan qed tiġi ppjanata wkoll sistema ta ’ ‘ one-ways ’ f ’ ċerti toroq madwar il-lokalità speċjalment dawk l-iżjed traffikużi biex b ’ hekk ikunu qegħdin jitnaqqsu l-periklu u l-konġestjoni f ’ ċerti toroq .
Imbagħad hemm il-proposta ta ’ rotot ġodda għattrasport pubbliku . Hawnhekk il-Kunsill se jkun qed jara li permezz ta ’ rotta ġdida diversi żoni madwar irraħal se jkunu iżjed milħuqa mit-trasport pubbliku milli huma permezz tar-rotta eżistenti . Dawn għadhom biss proposti li għad iridu jiġu aċċettati mill-awtoritajiet konċernati . Jekk dan iseħħ inkunu mbagħad qed inniedu