2022 | Page 159

Ġewwa l-knisja parrokkjali , lejlet u nhar il-Festa tindaqq il-mużika tas-Surmastijiet Dott . Paolo Nani u Mro Antonio Nani .
FESTA 2022
min jgħid li l-oratorju huwa wieħed twil ħafna ( fih sitt xeni u b ’ żewġ partijiet ), tant li kien hemm xi wħud li kienu telqu qabel spiċċa għax kien sarilhom il-ħin . Ngħidilkom mill-ewwel li dan l-oratorju għadu popolari sewwa fil-Ġermanja .
Dan l-oratorju jiftah b ’ overture sabiħa ħafna u wara żewġ passaġġi oħra korali sbieħ ukoll . Wara hemm l-ewwel xena li turina t-tħaġġir ta ’ San Stiefnu li għalih dakinhar kien preżenti Sawl ( Pawlu tfajjel ). Fil-fatt , fil- Bażilika San Pawl tar-Rabat hemm kwadru sabiħ ħafna ta ’ Preti li juri din ix-xena makabra .
Fit-tieni xena naraw il-konverżjoni u l-magħmudija ta ’ Sawlu - Pawlu … San Pawl .
It-tieni parti ta ’ dan l-oratorju hija maqsuma f ’ erba ’ xeni .
L-ewwel xena turina l-missjoni ta ’ Pawlu u Barnaba . Wara , f ’ xena ġdida , insibu l-persekuzzjoni ta ’ San Pawl minn dawk li kienu tant u tant jemmnu fit-twemmin tiegħu qabel saret il-bidla fih .
Fix-xena numru 5 ( jew it-tielet waħda tat-tieni parti ) naraw l-aħħar tislima ta ’ San Pawl lin-nies ta ’ Efesu ; u l-aħħar xena titkellem dwar il-martirju ta ’ San Pawl f ’ Ruma .
Ngħidilkom is-sewwa , hawn jiena dejjem nistqarr illi kieku jaħasra Mendelssohn daħħal , għall-inqas filqosor , iż-żjara ta ’ Pawlu f ’ Malta qabel dan telaq lejn Ruma , kien tassew jagħmlilna riklam kbir . Wara kollox , din il-paġna hija mniżżla fl-Atti tal-Appostli minn fejn Mendelssohn ħa l-ispirazzjoni tiegħu għal dan l-oratorju dwar San Pawl .

Ġewwa l-knisja parrokkjali , lejlet u nhar il-Festa tindaqq il-mużika tas-Surmastijiet Dott . Paolo Nani u Mro Antonio Nani .

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
159