San Pawl u l-mużika marbuta miegħu
Peter Paul Ciantar
Naturalment , marbuta mal-festa ta ’ San Pawl , kemm dik tal-Belt Valletta u dik tar-raħal ta ’ Ħal Safi , hemm ilfamuża antifona Sancte Paule ta ’ Dott . Paolo Nani . Din hija tabilħaqq antifona sabiħa ħafna u differenti minn antifoni oħra li nsibu marbuta ma ’ diversi festi fl-irħula u fil-bliet tagħna . Iżda , naturalment , marbuta mal-miġja ta ’ San Pawl fostna hemm diversi xogħlijiet mużikali oħra ta ’ kompożituri Maltin .
Niftakar sewwa darba kont smajt kunċert interessanti ħafna marbut ma ’ mużika Pawlina ta ’ kompożituri Maltin . Dan il-kunċert kien ġibed l-attenzjoni ta ’ ħafna , speċjalment ta ’ dawk Pawlini .
F ’ dan il-kunċert konna smajna sinfonija ta ’ Dott . Paolo Nani li t-tieni moviment tagħha kellu l-isem Naufragio di San Paolo .
Kien hemm ukoll ix-xogħol ta ’ Vincenzo Bugeja , Vade Anania , bis-sehem tat-Tenur Andrew Sapiano .
Dan l-istess programm kien jinkludi wkoll il-kompożizzjoni
Dott . Paolo Nani ta ’ Alessandro Curmy , antifona
Sancte Paule ; is-sinfonija ta ’ Emm . Galea , ukoll marbuta ma ’ San Pawl ; u xogħol tal-kompożitur Francesco Azopardi , Vade Anania , bissehem tas-soprano Maria Frendo .
Bir-raġun , bħala konklużjoni tal-programm Pawlin kien hemm il-magħrufa antifona Sancte Paule Apostole ta ’ Dott . Paolo Nani … antifona bid-data 1840 . Huwa dnub li programm bħal dan ma ġiex irrekordjat professjonalment u maħruġ fuq CD tajba . Fil-fatt , jiena għandi recording tal-kunċert iżda mhux ta ’ kwalità tajba ħafna u għaldaqstant ma jagħtix ġieħ lillkompożituri tal-mużika esegwita .
Bħala mużika Pawlina , magħhom inżidu wkoll l-oratorju ta ’ Charles Camilleri ( mużika ) u versi ta ’ Oliver Friggieri , Pawlu
Charles Camilleri
Prof . Oliver Friggieri
158 ta ’ Malta … oratorju li tabilħaqq jinżel fl-għeruq tal-qalb Maltija . Jiena żgur li ħafna jiftakru sewwa dan l-oratorju li meta nstema ’ għall-ewwel darba kien suċċess kbir . Dan l-oratorju bil-Malti baqa ’ jirrepeti ruħu kemm f ’ dik is-sena kif ukoll fis-snin ta ’ wara .
Magħhom ukoll inżid ilkompożizzjoni ta ’ Monsinjur Marco Frizina Fino ai confini della terra , kompożizzjoni li dan il-kompożitur Taljan ikkompona biex tindaqq għall-ewwel darba f ’ pajjiżna . Insemmu wkoll il-cantata 10 ta ’ Frar , 1928 tal-kompożitur Malti Christopher Muscat … cantata marbuta ma ’ waħda mill-poeżiji dwar San Pawl tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila . Dawn iż-żewġ xogħlijiet saru bil-ħidma tal-Fondazzjoni Paulus tar-Rabat .
Magħhom inżid l-antifona sabiħa ta ’ Carlo Diacono Sancte Paule Apostole … antifona miktuba fis-sena 1929 . Diacono kkompona wkoll oratorju blisem San Paolo evangelizza I Maltesi ( li suppost kellu jindaqq għall-ewwel darba fil-Kungress Ewkaristiku tas-sena 1913 ) iżda li għal xi raġuni jew oħra ma kienx
Carlo Diacono indaqq u ndaqq kollu fi żmienna fil-Konkatidral ta ’ San Ġwann . Diacono għandu wkoll innu tal-vespri : Paolo Sacrato Litoris .
Insemmu wkoll li Carmelo Pace , fis-sena taċ-Ċentinarju Pawlin ( 1960 ), ikkompona wkoll xogħol mużikali bl-isem San Paolo . Magħhom hemm wkoll xi innijiet oħra li jindaqqu fl-irħula fejn hemm il-festa ta ’ San Pawl .
Carmelo Pace
Felix Mendelssohn
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar
Fil-qasam tal-mużika internazzjonali wieħed jiltaqa ’ mal-famuż oratorju San Pawl ta ’ Felix Mendelssohn . Mendelssohn ikkompona dan l-oratorju bil- Ġermaniż ( għandu wkoll verżjoni Ingliża ) fi ftit xhur u dan kien fil-bidu tas-sena 1836 … meta Mendelssohn kellu 27 sena .
Jiena , bħal ħafna oħrajn , niftakar meta dan l-oratorju kien sar fil-Konkatidral ta ’ San Ġwann li dakinhar kien mimli nies . Ta ’