2022 | Page 155

FESTA 2022

Lil Ħal Safi

Magħruf kont b ’ raħal teżisti Sa mill-ibgħad żminijiet , Dan nafuh għax fik insibu Tar-Rumani l-fdalijiet .
Meta żmien il-qedem għadda W mill-Puniċi ħadt ir-ruħ , F ’ Dar Ommok , Pluribus Parens , Trabbejt int taħt Bir Miftuħ .
Birżebbuġa u Ħal Luqa , Ħal Farruġ u Ħal Tarxien , Ħal Kirkop , anke l-Imqabba , Ħutek kienu dak iż-żmien .
Imma inti xtaqt tkun waħdek , Ħal Safi , Parroċċ ’ għalik , Monsinjur Isqof Gargallo Dad-digriet kellu jagħtik .
Kien hawn hawn it-tliet kappelli , Tnejn jisimhom għat-Twelid Ta ’ Ommna Marija w l-oħra Għat-Tlugħ Tagħha fis-Smewwiet .
Kappell ’ oħra lil Sant ’ Agta B ’ dedika kienet iġġib , Oħra wkoll lill-Konverżjoni Ta ’ San Pawl hawn kont issib .
Imma l-Poplu ’ l din tal-aħħar Għażel bħala Titular , Ta ’ San Pawl il-Konverżjoni W ħejja festa mill-aħjar .
Pandemija ġiet fuq Malta , Mant madwarek int ilbist , Sine Macula l-Motto tiegħek Għax mill-pesta inti ħlist .
Servejt int lill-Forzi Armati , F ’ T ’ Amparell , tal-gvern Ingliż , Fil-Karwija mitjar ċkejken B ’ emerġenza kien intiż .
Imkejjen b ’ laqam insibu Magħrufin minn ilu żmien : Il-Għadir u Ta ’ Sant ’ Agta , Tal-Ibraġ u Wara l-Ġnien .
T ’ Amparell u Tal-Karwija , Il-Ħlantun u Ta ’ Mnejqiet , Tal-Farrad , Ta ’ Rqajja ’, l-Misraħ Bil-palma m ’ għola s-smewwiet .
F ’ Ta ’ Qnatar iċ-Ċimiterju Għal Ta ’ Fatma msemmi dan , Is-Salib , Santa Marija U id-dar tal-Kappillan .
Fil-Pjazza villa sabiħa Tal-benefattur Dun Ġwann ; Binja oħra tal-Granmastri , Kavallieri ta ’ San Ġwann .
Bejniethom il-Knisja nsibu , Binja forma ta ’ salib , Fiha stil t ’ arkitettura Barokk Doriku iġġib .
Tlieta w disgħin sena ilu Każin twaqqaf f ’ gieħ San Pawl , ‘ Barra l-banda jorganizza Logħob tan-nar , tiżjin u dawl .
Statwa kbira kolossali Maġenb dal-Każin sabiħ , Ta ’ San Pawl il-Missier Tagħna , Ejjew lilU nagħtu ġieħ .
X ’ ngħidu għall-Emblema tiegħek , Hekk , sempliċi manifest , Fond tal-fidda bajdanija Taħt faxx dritt ta ’ lewn ċelest .
Kitbiet ta ’ Lino Busuttil

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
155