2022 | Page 154

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022

Ħarsa lejn il-koppla

Spirtu Santu fil-lanterna Jitfa ’ r-raġġi mis-smewwiet , Fuq it-twieqi s-Seba ’ Doni Li juruna t-tpinġijiet .
Biża ’ t ’ Alla , Għerf u Fehma , Kunsill , Qawwa u Pjetà , Xjenza wkoll sabiex nitgħallmu Kif ingħixu l-Verità .
Iserrħu fuq il-pilastri Fil-lunetti impittrin , Mark , Mattew , Ġwanni u Luqa , B ’ Vanġelisti magħrufin .
Ġanni Vella il-pittur Għamel dal-Kapulavur .

Vos Eritis Mihi In Filios

Hemm qegħdin madwar il-koppla Ġewwa l-ħaġar minquxin , Ftit kelmiet li jfissru ħafna , Tant li huma imdehebin .
Miktubin mill-kbir Appostlu Lill-Insara Korintin . F ’ ittra minn dawk li kien jibgħat B ’ tagħlimietu mimlijin .
‘ Għalija “ intom uliedi ”’ Tgħid il-kitba bil-Latin , Xi trid iktar meta tisma ’ Żewġ kelmiet daqshekk ħelwin ,
Fommok stess qiegħed jgħidilna ‘ Jien Missier il-Ħal Safin ’.
154

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022

10 snin Kummissjoni Armar