2022 | Page 124

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
Ejja ’ l hawn ħa nbusek bewsa Bejn l-imsielet u l-wardiet U jekk ibusek xi ħadd qabli Għid li d-dinja għalik spiċċiet !
Imbagħad sieħbu l-għannej kompla :
Iż-żiemel qed jiffjakka Lestilu x-xkora tal-farru Taħsbux li dana ġuvni Għax dan diġà nannu !
Hit Paraders ( Ritratt : Joe Farrugia , id-Dulli )
Divertiment tat-Triq
Misraħ San Ġużepp . Fost oħrajn , kien ikun hemm Kalanġ Callus ta ’ Manna , Mikiel Cachia z-Zakna , Clement Cutajar tan-Nekus , Nardu Falzon ta ’ Pawla ta ’ Faċeċ u Pawlu l-Fokli bil-kitarri u xi akkordjan kienu jdoqqu mad-dawra tal-pompa tal-ilma jew fuq il-parapett tad-dar ta ’ Franġisk ta ’ Klejlu għad dawl ta ’ qamar u talfanali tal-pitrolju . Partita nies kienu joħorġu għaż-żiffa sajfija , għad-dawl ta ’ qamar u biex jidħku daħka blgħana spirtu pront .
Blue Star Bar . Spiss nhar ta ’ Sibt kienu jmorru l-għannejja , fosthom iz-Zakna bil-kitarra li kien magħruf sewwa kemm kien idoqqha tajjeb il-kitarra u kien kollu ċajt . F ’ dan il-ħanut tal-irġiel , kif kienu magħrufa dak iż-żmien , sikwit kien ikun hemm l-Ingliżi li bejniethom kienu jorganizzaw festini speċjalment għal dawk li jkun ser jispiċċalhom iż-żmien tas-servizz hawn Malta . Allura jieklu , jixorbu , jiżfnu u jkantaw għall-mużika allegra u kant tal-Jukebox . Kienu joħolqu atmosfera ta ’ ferħ u briju kemm ġewwa u barra fit-triq .
Fil-Karnival . Fi Triq Santa Marija , kienu jiġu xi Qrendin bl-Omnibus . Dan kien żiemel b ’ karrettun u żewġ bankijiet , wieħed fuq kull ġenb fejn ipoġġu l-għannejja . Wara kienu jduru d-dawra tal-purċissjoni , ikomplu jgħannu u jieqfu meta jaraw xi tfajla biex jgħannulha spirtu pront . Meta waslu fi Triq San Pawl , ħdejn tal- Malamont , kien hemm tal-Feles , Filomena sabiħa , Pia , ta ’ Durina u tal-Bliqq . L-għannej għanna waħda lil Pia :
Imnissla mis-sbieħ u l-koroh . Missierek Tork u ommok Lhudija . Ejja ’ l hawn ħa nbusek bewsa u din il-bewsa tibqa ’ tifkira !
Ejja ’ l hawn ħa nbusek bewsa Fuq dawk xufftejk ħomor qroll l-imħabba li jiena nħobbok żgur ħadd ma jista ’ jħoll !
Divertiment tat-tfal
Il-logħob komuni tal-bniet kien li jilagħbu ż-żibeġ . Kienu jħaffru xi toqba żgħira taħt ħajt , iferrxu ż-żibeġ mal-art u tifla wara l-oħra jippruvaw jitzikjaw żibġa wara l-oħra għal ġot-toqba . Min kien jirnexxilu , kien jirbaħ iżżibeġ li jkun hemm ġot-toqba .
Logħba oħra kienet il-passju li reġgħet ġiet moda dawn l-aħħar snin .
Is-subien kienu jilagħbu l-boċċi . Inkella jiġru b ’ xi skates li kienu jagħmlu huma stess . Magħmulin minn żewġ injamiet u żewġ roti tal-borerace . Meta jitfarfru kienu jilagħbu l-ballun f ’ xi sqaq , pjazzetta jew wesgħa fejn kienu joqogħdu .
Mikelina Busuttil kienet it-tifla ta ’ Fonzu Busuttil u Ġiovanna Busuttil ( oħt Dieder taċ-Ċali ). Kienet tfajla mqarba u fuq ruħha u n-nies kienu jsibuha bħala Kelina ta ’ Fonzu . Dak iż-żmien , li ssuq ir-rota kienet xi ħaġa li jagħmlu l-irġiel u s-subien biss . Imma Kelina , irqiqa irqiqa u b ’ enerġija liema bħalha , kienet tirkeb ir-rota , tinżel xkanata l-pjazza fejn kien ikun hemm tfajliet oħra jistennewha . Sewwa , sewwa kienu jinġabru quddiem id-dar tal-Kappillan . Kelina , biex iddaħħakhom kienet terħilha tagħqad u ddur bir-rota maż-żewġ żebbuġiet li kien hemm , filwaqt li tkantalhom :
Plann , Plann , in mezzo al mare Plann , Plann , c ’ e ’ un bastimento Plann , Plann , che sento vento Bravo Marċjal !
Iż-żmien jgħaddi jiġri u jġib miegħu t-tibdil . Wara l-ħerba tat-Tieni Gwerra Dinjija , l-era l-ġdida ġabet magħha l-prosperità . Fl-Ingilterra kien hemm influss ta ’ emigranti , ħafna minnhom żgħażagħ li sabu x-xogħol u saru independenti . Infetħu niċeċ ġodda fid-djar talmużika . Fl-Ewropa bdejna nisimgħu ġeneru ġdid ta ’ mużika u f ’ nofs is-snin ħamsin bdiet tasal mużika mill- Amerika . Ir-Rock ‘ n ’ Roll ta ’ Billy Haley u l-kanzunetta ‘ Rock Around the Clock ’. Chubby Checkers li ppopolarizza l-istil taż-żfin ‘ twist ’ bil-kanzunetta ‘ Let ’ s twist Again ’. Ma nistgħux ma nnsemmux lil Elvis Presley , ikona bħala kantant u bħala attur . Dawn it-tibdiliet kienu ġabu magħhom tipi ta ’ instrumenti mużikali differenti
124

Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022

10 snin Kummissjoni Armar