2022 | Page 123

FESTA 2022 tkun għamlitilhom qatt u qatt .
Carlu bdew jiltaqgħu u kien irrakkontalha li hu u Pupol , is-serv tiegħu , ser ikollhom iħallsu somma kbira ta ’ flus , inkella jħallsu b ’ ħajjithom . Bella ppruvat tipperswadi lil missierha biex ikollu ħniena minnhom . Il-missier skopra li kienet nibtet imħabba bejn il-Konti u bintu u li kien għarrafha li missierha kien Kap krudili . Din irrabbjatu ferm u qatagħha li jixkubetta lill-Konti u lill-qaddej . Il-Konti kkonfronta lil Raffaele , qallu li hu kien spjun tal-pulizija u issa saru jafu bih u li kien qiegħed fuq ilmuntanji . Sadanittant , Carlu kkomplotta ma ’ wieħed mill-briganti , Marcello , biex iħarrabhom flimkien ma ’ Bella . Għodu , għodu ħarbu minn passaġġ fejn sabu ż-żwiemel jistennewhom .
Pupol jirrakkonta l-vjaġġ turbulanti li għaddew minnu u x ’ kien ġara wara . Lil Marcello kien laħqu wieħed millisbanditi li kien bagħat warajhom il-Kap tal-brigantaġġ . Tah tir u ħallieh mejjet fil-post . Bella kienet iżżewġet lill- Konti Carlu u lil Pupol kienu żammewh magħhom bħala seftur biex itaffulu ftit mill-biża ’ li kien beża ’. Għaddew is-snin . Bella , la qalbha u l-anqas moħħha , qatt ma nsew lil missierha li kien rabbieha u kien iħobbha . Lil Pupol kienet ordnatlu li minn dakinhar stess , trid li kull fqir li kien jiġi jittallab , idaħħlu ħdejha fis-salone biex hi stess ittihom il-karità . Riedet issaqsihom għal missierha għax qalbha kienet tħabbrilha li għad tieħu aħbaru .
Issa kienu għaddew għoxrin sena . Xwejjaħ b ’ daqqna bajda , liebes ta ’ tallab u mgħawweġ iserraħ fuq bastun , ħabbat il-bieb u għajjat “ Sinjur , sinjura ’’. Ħadd ma wieġbu u ddeċieda li jistenna . F ’ qalbu qal “ mur għidli , wara għoxrin sena , li kelli nsib id-dar ta ’ ħu l-mara tiegħi , il-Konti Rosignoli li kien irrovina tiegħi u l-mewt ta ’ marti !” Instema ’ diskors li x-xwejjaħ kien għaraf li kien ta ’ Pupol , dar fuqu u hekk kif kien ser isaqsih xi ħaġa , dan f ’ qalbu qal “ santa santina , kemm jixbah lil dak il-ħalliel !” u jirtod skuża ruħu u telaq ’ l hemm . Intant , sakemm Pupol kellu jġibilha l-kafè , Bella marret tirranġa ruħha quddiem il-mera u minn moħħha kien għaddej ħsieb “ min kellu jgħidli li minn tifla ta ’ Brigant kelli nsir Kontessa u Carlu jħobbni b ’ devozzjoni kbira . Imma f ’ qalbi nħoss vojt .” Waqt li x-xwejjaħ kien qed idur biex ikellem lil Pupol , Bella lemħitu minn ġolmera , talabha karità , tagħtu u kompliet il-konverżazzjoni tħares lejn il-mera sakemm bdiet tibki u dawret wiċċha meta x-xwejjaħ għajjat “ Binti , Binti !” Naturalment Bella rrakkontatlu x ’ kien għadda minnha . Missierha reġa ’ mtela bil-qilla meta rrealizza li dak li kienet iżżewġet , kien it-tifel ta ’ zijuha ( iz-ziju li minħabba fih saret ittraġedja tal-mewt ta ’ ommha ) u allura l-kuġin ta ’ Bella . Waqt li beda jargumenta ma ’ Bella biex titlaq minn dik id-dar , jidħol fix-xena Carlu .
Bejnu u bejn Bella talbu lil Raffaele biex jintesa l-passat , jaħfru lil xuxlin u jibqgħu jgħixu feliċi flimkien . Raffaele aċċetta però xtaq ukoll illi anke s-sema taħfrilhom u li l-istorja tiegħu sservi ta ’ eżempju lil ħafna biex ma jiġġudikawx ħażin qabel ma jaħsbu u jeħduha kontra s-soċjetà bla ma din tkun offendiethom u deni ma

FESTA 2022 tkun għamlitilhom qatt u qatt .

Meta Żeppa marret għand il-Professur Pasika
Farsa . Karattri : Il-professur - Ġanmari Pasika , Il-pazjenta - Żeppa Vella del Malamonte
Żeppa xejn ma kienet tħossha f ’ sikkitha . Kellha uġigħ f ’ żaqqha ma tafx minn fejn hu ġej . Kieku saħnet kemm-il sufa biż-żejt u dawritha ma ’ żaqqha imma xejn ma taffa l-uġigħ . Iddeċidiet li tmur tara tabib . Marret ħdejn it-trepied , għax la sejra tara tabib trid tinħasel . Ferret ftit misħun fil-fliskatur , tbaħbħet , libset il-bloomer u tħażmet sew . Marret għand it-tabib tilmenta b ’ uġigħ f ’ żaqqha . It-tabib eżaminaha u sab li kellha l-imma . Għamlilha karta għal għand il-professur Pasika . Liebes ġakketta twila bajda u b ’ kappell imdeffes f ’ rasu , ordna lill-pazjenta timtedd fuq speċi ta ’ mejda baxxa . Ħareġ l-istrument u beda jagħfashula ma ’ żaqqha . Żeppa għall-bidu tgħidx kemm waħwħet imma mbagħad qisha kkalmat . Qatagħhielha li kellha l-għilla . Kien hemm l-inkwiet u kellu joperaha . Il-profs qabad sikkina kbira tal-laħam u beda jaqsam u tgħidx xi dmija bdiet nieżla . Meta fetaħ kemm kellu bżonn , il-professur daħħal idu u beda joħrog il-laħam ħażin . Minn żaqq Żeppa tgħidx kemm il-pied ta ’ msaren bdew ħerġin ! F ’ daqqa waħda , waqt li ħerġin aktar imsaren , instema ’ ħoss kbir ta ’ gass għaddej - ikarwat u jkarkar u jidwi mas-sala . “ Dak li kellek , ħareġ !” qalilha mistagħġeb il-professur Pasika !
Il-parti tal-pazjenta ħadimha Żeppi Vella tal- Malamont li dejjem ħadem finnegozju tal-familja u ċioè filħanut tal-laħam . Allura dawk l-imsaren li ħarġu minn żaqqu kienu metri ta ’ msaren ta ’ xi ħanżir mill-biċċerija u zalzett li Żeppi kien rabat u dawwar miegħu ! Ħadd mill-udjenza ma kien induna min kienet il-pazjenta sakemm spiċċat il-farsa u Żeppi beda jinża ħwejġu u l-parrokka .
Ġanmari Busuttil , Pasika ( Ritratt : Pawla Camilleri )
Żeppi Vella ( Ritratt : Familja Vella )
Sabiex itellgħu dawn il-programmi ta ’ divertiment , l-organizzazzjoni tal-Każin San Pawl kienet xi drabi tistieden kumpanija tat-teatrini miż-Żurrieq , The Hit Paraders li d-direttur tagħha kien Zinu Farrugia . Kien hemm mal-għoxrin attur u kienu bravi ħafna . Fl-aħħar tas-serata , kienu jagħlqu bil-Vaudeville : b ’ makkjetti li kienu kanzunetti meħudin minn xi opra , maqlubin bil- Malti u jagħtuhom xejra komika . Wara kienu jispiċċaw is-serata bl-innu tal-Hit Paraders .
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
123