2022 | Page 117

FESTA 2022
kellhom l-ewwel wild u semmewh Albert . Lura Malta , kienu ġew jgħixu Ħal Safi , wara marru Raħal Ġdid u meta twieldet it-tifla kienu qegħdin joqogħdu Birkirkara . L-akkordjan qatt ma kien abbandunah . Tal-familja jirrakkontaw li Ninu kien wieħed mill-aktar akkordjanisti rinomati fid-dinja . Kien anke baqa ’ magħruf sewwa meta emigra lejn l-Awstralja fl-1950 . L-aħħar darba li kien ġie Ħal Safi kien fl-1977 . In-neputi tiegħu Sunny kien mar għalih l-ajruport u ġabu għand ħuh Filomenu fejn kellu joqgħod għal xi erba ’ ġimgħat . Filomenu kien organizzalu festa ta ’ ikel u xorb u f ’ kemm ili ngħidlek , id-dar imtliet b ’ membri tal-familja , qraba u ġirien . Dawk li għadhom jiftakru jgħidu tgħidx x ’ atmosfera ħolqu meta Filomenu u Ninu ntefgħu fuq l-istess pjanu , idoqqu u jkantaw flimkien ħafna kanzunetti melodjużi Maltin bħal ‘ Lanċa ġejja u l-oħra sejra ’ u Funiculì , funiculà .
Cachia Manuel ( ta ’ Bertu ta ’ Tonin ). Twieled ftit jiem qabel il-Milied tal-1918 . Missier Manuel , Bertu , kien joqgħod faċċata tal-istatwa ta ’ San Ġwann , illum Triq Ħlantun . Bertu kien kull nhar ta ’ Ħadd filgħodu , jiftaħ il-bieb persjana tas-salott , ipoġġi fuq banketta filbieb , paxxut bit-tfal idoqqu u jkantaw għal kull min kien ikun għaddej . Dan kien żmien mingħajr traffiku , in-nies kienu jmorru kullimkien bil-mixi u allura Ħal Safi kien qisu żona pedonali . Tisma ’ biss ħsejjes ta ’ xi żiemel jew ħmar għaddejjin bil-karettun , xi serduq jidden , xi kelb jinbaħ jew xi għażżiela tgħanni fis-sajf . F ’ dan l-ambitu , Manuel kien jakkompanja lil ħutu bil-kastanjoli .
Meta tfarfar , Manuel kien aktar moħħu li jmur il- MUSEUM u jgħallem id-duttrina . Kien żmien meta San Ġorġ Preca kien jiġi spiss Ħal Safi biex jagħmel illezzjoni ta ’ nhar ta ’ Ħadd wara nofsinhar . Bejn is-snin 1938-1953 kien ingħaqad bħala Fratell Ġiżwita . Għamel in-novizzjat f ’ Bagheria viċin Palermo . F ’ dan il-perjodu seħħet it-tieni Gwerra Dinjija . Ġurnata qabel faqqgħet il-gwerra , Manuel u sħabu ppruvaw jirritornaw Malta , imma tilfu l-aħħar vapur lejn Malta minn Sqallija . Għalhekk qattgħu l-gwerra kollha internati fl-Italja . Manuel kien intbagħat il-Kunvent ta ’ Lonigo barra minn Viċenza . Niżel Ruma fl-1943 , fejn kien jassisti fil-Kurja tal-Ġeneral tal-Ġiżwiti f ’ Borgo Santo Spirito . Ġie lura
L-aħwa Cachia mix-xellug : Filomenu , Ninu , Manuel , Salvu u Karmenu ( Ritratt : Dr John Cachia )

FESTA 2022

Malta fl-1945 u fis-snin ta ’ wara ta sehmu biex il-Ġiżwiti bnew u attrezzaw Dar Loyola fin-Naxxar u d-Dar Manresa f ’ Għawdex . Fl-1953 Manuel kien ħareġ minn mal-Ġiżwiti .
Manuel kien electrician u plumber prim , tant li kien involut meta l-elettriku f ’ Malta , bejn is-snin 1954 / 58 , kien inqaleb minn 110 volts għal 240 volts . Manuel kien responsabbli għal dan il-proċess fiż-żona kollha ta ’ tas-Sliema . Eventwalment , fi Frar 1958 Manuel kien iżżewweġ lil Katerina Zammit u kellhom żewġ ulied John u Mary Anne .
Cachia Salvu ( ta ’ Bertu ta ’ Tonin ) Salvu kien siefer l-Ingilterra ma ’ ħuh Manuel bil-ħsieb li jkomplu l-vjaġġ u jemigraw lejn l-Awstralja ħdejn ħuhom Ninu . Manuel ġie Malta biex jirranġa xi affarijiet pendenti u biex isellem lil ħutu . Manuel kien baqa ’ Malta mentri Salvu telaq lejn l-Awstralja . Fl-Awstralja Salvu kien iltaqa ’ ma ’ Irlandiża , Nita . Kienu żżewġu u baqgħu jgħixu hemm . Salvu kien idoqq il-pjanu u kellu kapaċità kbira jaqra l-mużika b ’ ħeffa kbira u jimmemorizaha . Allura meta ma ’ ħuh kienu jagħmlu duo fuq il-pjanu , Salvu kien jaqleb il-paġna mużikali meta ħuh ma kienx ikun għadu wasal fl-aħħar tal-paġna !
Callus Nazzareno ( ta ’ Spiru ), iben Spiridione Callus u Angela , imwielda Busuttil . Nazzareno kien safa ’ orfni minn ommu meta kien għad għandu 5 snin . Kienet bdiet tieħu ħsiebu oħtu Elena u xi qraba oħrajn . Kien iħobb jistudja , speċjalment il-lingwi , il-fiżika u l-mużika . Blimħabba tiegħu għall-mużika , kien irnexxielu waħdu jitgħallem it-teorija , jgħallimha , kif ukoll idoqq ċerti strumenti bħal pjanu , l-orgni , il-mandolina , il-banġu u l-kitarra . F ’ żgħożitu , kien joħroġ fit-toroq ta ’ Ħal Safi , idoqq xi strument mużikali , flimkien ma ’ kuġinuh Kalanġ Callus bil-kitarra u ma ’ daqqaqa oħrajn . Kienu jispiċċaw madwar il-pompa tal-ilma u jferrħu lin-nies billi jkantaw u jdoqqu l-kanzunetti li dak iż-żmien kienu popolari fl-Italja u fl- Amerika . Dan il-grupp ta ’ daqqaqa ġieli marru jdoqqu wkoll f ’ xi rħula oħrajn li jinsabu filviċin .
Nazzareno Callus fl-1947 ( Ritratt : Familja Callus )
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
Nazzareno kien għalliem kif kienet ukoll is-sinjura tiegħu Pawla mwielda Sammut . Ħafna jirreferu għal Nazzareno bħala Mr Callus jew is-Sur Callus peress li kienu studenti tiegħu fliskola primarja ta ’ Ħal Safi . Mhux mużiċist u għalliem biss , iżda kellu diversi abbiltajiet .
117