Mikiel Cachia bil-kitarra ( Ritratt : Karmena Magro née Cachia )
kien tgħallem idoqq diversi strumenti u saħansitra kien ukoll jgħallem xi strumenti . It-tifla tiegħu Karmena tirrakkonta li d-dar kellu żewġ kitarri , mandolina , banjo u żewġ vjolini . Għalkemm kien mar joqgħod iż-Żurrieq , kien ta ’ spiss ikun Ħal Safi . Fis-sajf , dejjem bil-kitarra f ’ idu , kien jingħaqad mal-bella kumpanija , bħal Pawlu Ċekċek jgħanni , Pawlu l-Fokli bil-kitarra u oħrajn . Kienu jdoqqu , jgħannu u jdaħħku lil Ħal Safin filgħaxija għaddawl ta ’ qamar u tal-fanali tal-pitrolju . Kienu jintefgħu f ’ Misraħ San Ġużepp bilqiegħda fuq il-parapett tad-dar ta ’ Franġisk ta ’ Klejlu jew inkella fil-Pjazza tal-Knisja .
Cachia Filomenu ( ta ’ Bertu ta ’ Tonin ). Il-kbir fost ħames aħwa ; Ninu , Manuel , Salvu u Carmelo li tista ’ tgħid kienu kollha midħla tal-mużika u l-kant . Filomenu kellu sehem attiv f ’ Ħal Safi u kien involut f ’ diversi
Filomenu Cachia u martu Karmela née Vella ( Ritratt : Cettina Zammit )
FESTA 2022 oqsma . Kien wieħed mill-fundaturi biex twaqqaf il- Każin San Pawl fejn kien jorganizza u jiddirieġi bosta teatrini tant popolari mal-Ħal Safin . Filomenu kien għani b ’ talenti mużikali . Fil-fatt kien idoqq il-pjanu u l-orgni . Rakkont żgħir jgħidu Salvu Dalli taċ-Ċomni li meta Filomenu kien idoqq l-orgni , kien dejjem irid lil Salvu miegħu biex iħaddem il-minfaħ . Kien iħallsu xelin ( tnaxil sold ). Tgħidx kemm kien jifraħ u kien imur jiġri lejn id-dar biex jagħtih lil ommu . Wara , kien irrakkomandah lil Nazzarenu Callus meta beda jdoqq l-orgni hu . Apparti li jdoqq strumenti mużikali , Filomenu kien jikteb ilmużika u kien kantant b ’ vuċi tajba ħafna . Dawn ilkwalitajiet kienu jissarrfu f ’ servizz li hu kien jagħti filknisja parrokkjali . Mhux biss , iżda għal snin twal kien Prokuratur tal-Fratellanza tar-Rużarju u kien jorganizza r-reffiegħa u lil tal-forċina għall-festa tat-titular .
Dun Tony Pace jirrakkonta li darba Menu ( kif ħafna kienu jsejħulu ), kien mar il-MUSEUM tas-subien u sewwielhom armonju ( orgni li jaħdem bl-infiħ ). Menu kien qallu li kien studja l-armonija fi Franza . Lil Menu kienu jistednuh biex janima quddies l-iktar fil-festi ċċelebrati fil-kappelli u anke f ’ diversi parroċċi għallquddies funebri fejn normalment kien idoqq u anke jkanta .
Menu kien jaħdem id-Dockyard . Kien bniedem ħabrieki u kien l-ewwel persuna ta ’ nazzjonalità Maltija li kien laħaq Foreman fit-Tarzna ta ’ Malta fejn kien imexxi sezzjoni ta ’ shipwright . Minkejja ħajja impenjattiva , Menu u martu Carmena Vella ( tal-Ġebeq ) kienu rabbew familja . Kellhom lil Ginnie , Twanny , Cettina , Albert u Pawlinu .
Filomenu kien mexxej tajjeb , kellu kariżma u maħbub minn kulħadd għax kien imur tajjeb ma ’ kulħadd .
Cachia Ninu ( ta ’ Bertu ta ’ Tonin ) kien jaħdem id- Dockyard . F ’ dar missieru kien kiber f ’ ambjent ta ’ kant u mużika . Kien tgħallem il-mużika u kien idoqq il-pjanu u l-akkordjan ( fiżarmonika ). Kien sar magħruf sewwa , tant li stabbilimenti l-Belt kienu jistidnuh biex idoqq għallpubbliku . Fi żmien il-gwerra tal-1939 Ninu kien mar l-Eġittu flimkien ma ’ sitta oħra li kienu vvolontarjaw li jmorru jaħdmu fit-tarzna ta ’ Lixandra . Kemm dam hemm , kien imur idoqq f ’ xi ħwienet . Ħafna nies
Ninu Cachia ( Ritratt : Albert Cachia , it-tifel ta ’ Ninu )
tal-lokal kienu jinġabru biex isegwu l-atmosfera ta ’ ferħ , briju u kant . Tant kien sar popolari , li kienu tawh programm fuq ir-radju ta ’ Lixandra .
Fl-Eġittu kien iltaqa ’ ma ’ Griega , Elizabeth / Elly Vlachos . Eventwalment kienu żżewġu fl-Eġittu fejn
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
115