Rużarju , kellu vuċi tajba u mill-orgni kien ikanta l-litanija matul ix-xahar kollu ta ’ Ottubru . Irġiel oħrajn li kienu jkantaw fil-funzjonijiet tal-knisja kienu Pawlu Zammit il-Pinta mill-Fratellanza tas-Sagrament u Nazzarenu Callus . Dawk kollha li kienu jipparteċipaw fil-kant kienu jimlew il-knisja b ’ tifħir u glorja lil Alla u jpaxxu s-sensi għall-gost ta ’ kulħadd .
Kif għadu jiġri sal-lum , il-ġimgħa tal-festa ta ’ San Pawl kienet il-qofol tal-funzjonijiet kemm fil-knisja kif ukoll fuq barra bil-purċissjoni tal-istatwa , il-baned u l-marċi , il-briju u n-nar tal-ajru u tal-art . Is-sena 1959 kienet l-aħħar sena li l-festa saret bħas-soltu , fil-25 ta ’ Jannar . Fl-1960 Malta ċċelebrat iċ-ċentinarju tal-elf u disa ’ mitt sena mill-miġja ta ’ San Pawl f ’ Malta . Dik is-sena Ħal Safi ċċelebra bi kbir il-festa fix-xahar ta ’ Ġunju . Mis-sena 1961 il-festa tar-raħal baqgħet issir flaħħar Ħadd ta ’ Awwissu . Naturalment , dawn l-attivitajiet kollha u l-impenn tal-koristi u kantanti oħra ta ’ kalibru , kienu kollha jikkontribwixxu għal gost u t-tgawdija talavvenimenti .
Il-Każin ta ’ San Pawl kien infetaħ fl-1929 u prinċipalment kien jgħin fl-organizzar tel-festi estern talfesta ta ’ San Pawl . Matul is-sena kien iservi bħala post ta ’ rikreazzjoni għas-soċi u membri . Sadanittant , fin-nuqqas ta ’ banda f ’ Ħal Safi , il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq kienet tiġi ddoqq hawnhekk sena wara l-oħra . Numru mdaqqas ta ’ rġiel Ħal Safin kienu mħajra li jitgħallmu xi strument tal-banda . Allura l-għażla naturali kienet li jmorru jitgħallmu mal-Banda Queen Victoria . Sintendi , meta temmew it-taħriġ , kienu jiġu mal-istess banda jdoqqu fil-festa ta ’ Ħal Safi u kull fejn kienet tmur il- Banda Queen Victoria . Kien hemm oħrajn li kellhom widna tajba għall-mużika u ħadu l-inizjattiva u tgħallmu xi kitarra jew pjanoakkordjan bl-udit .
Lista ta ’ mużiċisti u bandisti Ħal Safin li filmaġġoranza tħarrġu u kienu jdoqqu mal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria , Żurrieq
Busuttil Karmenu ( l-Kanannu ) kien iżżewweġ lil Salvina Cachia . Kellhom ħamest itfal ; Ġannina , Ġużeppi , Pawlu , Viri , u Sunta . Karmenu romol meta ż-żgħira , Sunta , kien għad kellha sena u nofs biss . Kompla jrabbi
Il-bumbardun ta ’ Karmenu Busuttil ( Ritratt : Mro Alfred Farrugia )
114
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar u jieħu ħsieb il-familja . Kien jaħdem mal-ġurnata u filgħaxija kien il-kebbies tal-fanali . Bis-sellun fuq spalltu kien idur mat-toroq tar-raħal , inaddaf il-ftejjel , jimla bil-pitrolju u jixgħel il-fanali . Kmieni filgħodu kien jerġa ’ jagħmel ir-ronda biex jitfihom . Apparti dan kollu , il-Kanannu kien bandist idoqq il-bumbardun li kien dejjem iżommu mdendel mal-ħajt ħdejn is-sodda tiegħu . Wara l-mewt tiegħu fl-1967 , it-tifla Viri Cutajar , kienet irregalat l-istrument lill-Każin Banda Queen Victoria taż-Żurrieq .
Busuttil Ninu ( tat-Teqqa ). Tgħallem u kien bandist
Uħud mill-ewwel alljevi ma ’ Mro Tony Pace u l-assistent tiegħu Anthony Busuttil ( Ritratt : Em . Zammit )
għal żmien twil mal-Banda Tal-Karmnu taż-Żurrieq , l-iktar fi żmien is-Surmast Bugeja . Kien idoqq tajjeb ħafna l-althorn ( baritonu Bb ). Wara li nbena mill-ġdid u ġie inawgurat il-Każin San Pawl f ’ Awwissu tal-1989 , Ninu kien strumentali biex twaqqfet il-Banda San Pawl flimkien ma ’ Mro Tony Pace ( illum Dun Tony ) u Sylvana Camilleri . Dan kien kollu grazzi għal dawn it-tliet sinjuri mużiċisti , għall-benefatturi li taw diversi strumenti talmużika , fosthom is-Sur Emanuel Cachia li kien l-ewwel wieħed li rregala diversi strumenti lill-Banda San Pawl u anke l-istudenti tal-bidu li kienu aċċettaw jitgħallmu bħala bandisti .
Ninu kien jgħallem is-solfeġġ u l-istrumenti tar-ram . Kien jieħu sehem ukoll fit-tridijiet tal-festa fil-knisja meta kienet tintrama orkestra u flimkien mal-Kor Sine Macula jiġu animati t-tlett ijiem tat-tridu . Naturalment , kien ukoll jipparteċipa fil-Festa Liturġika tal-25 ta ’ Jannar . Bl-Althorn ħa sehem ukoll f ’ diversi kunċerti , akkademji mużikali u oratorji li kienu jittellgħu mill-Kor Sine Macula minn żmien għal żmien .
Cachia Mikiel ( iz-Zakna ). Kien l-iżgħar fost ħutu Karmnu ( il-Feles ), Pawlu ( ċekċek ), Bertu ( ta ’ Tonin ), Patri Elia u Ġużeppi ( ta ’ Tonin ). Mikiel kien jaħdem mal-Air Ministry . Kull fejn kien ikun , kien jagħti pjaċir bid-daqq tal-kitarra , għana u ċajt . Kien attiv ukoll meta n-neputi tiegħu , Filomenu Cachia , kien jorganizza t-teatrini u l-fares fil-Każin ta ’ San Pawl . Nies li kienu jmorru u għadhom mimlijin bl-għomor , dejjem issemmu liz-Zakna kemm kien idaħħakhom bl-għana , il-kitarra u l-bużullotti . Kien isaħħrek bil-kapaċità tiegħu kif