Dawn l-attivitajiet, flimkien ma’ o?rajn isiru kull sena fil-Museum tag?na. A?na ?erti li dawk ittfal u ?-?g?a?ag? li ji?u l-Museum regolari, dawk il-?enituri li jattendu g?al-laqg?at li jsiru, kif ukoll dawk li jaqraw il-fuljetti li nibag?tu fid-djar, huma mid?la ta’ dawn id-devozzjonijiet u jistg?u anke jistg?u jsemmu o?rajn. Jalla din is-sena ukoll ikollna festa sabi?a li permezz tag?ha Marija tressaqna aktar lejn Binha ?esù. Tkun ?a?a sabi?a li f’dawn iljiem tal-festa, kif ukoll fil-?ranet l-o?ra tas-sena nsellmu lil Marija bit-tislima ta’ San ?or? Preca: Bil-grazzja mimlija, Omm u dejjem xebba, ?elwa Ommna Marija, itlob ‘l Alla g?alina. U hekk semmejna fil-bidu, nag?lqu b’anniversarju ie?or. Tajjeb infakkru li f’Mejju li ?ej ser infakkru l-?ublew tal-fidda (25 sena) mit-twaqqif tasSo?jeta’ Museumina fir-ra?al tag?na. Bilg?ajnuna ta’ Alla u l-inter?essjoni ta’ Santa Marija, l-isforz tal-ewwel membri msoqqi bil-g?ajnuna ta’ bosta u bosta benefatturi ?ebbu?in wassal biex i?-?errieg?a mitfug?a 25 sena ilu tikber f’si?ra li tag?ti kenn lil bosta fir-ra?al tag?na. Din hija barka u grazzja kbira. Jalla nag?mlu kull sforz biex ma ji?rix li nkunu ??udikati li ma approfittajniex bi??ejjed minn din il-grazzja. Napprofittaw mil-laqg?at u attivitajiet li jsiru kemm g?at-tfal u l-kbar. Ejjew matul din is-sena nitolbu b’iktar ?e??a sabiex aktar ?g?a?ag? jilqg?u s-sej?a li jing?aqdu f’din is-So?jetà ?alli jkomplu dak li bdew ta’ qabilna bil-g?an li ?esù jkun dejjem mag?ruf u ma?bub. Waqt li nirringrazzja lil s?abi s-so?i, katekisti u ?enituri tal-g?ajnuna u kooperazzjoni tag?kom, nawgura l-festa t-tajba lil kul?add.
60
. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013
. . . L- Gholja taz-Zebbug 2013
61